Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0276

Sommarju tas-sentenza

Court reports – general

Kawża C‑276/12

Jiří Sabou

vs

Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud)

“Direttiva 77/799/KEE — Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta — Skambju ta’ informazzjoni fuq talba — Proċeduri fiskali — Drittijiet fundamentali — Limitu tal-portata tal-obbligi li għandhom l-Istat Membru applikant u l-Istat Membru mitlub lejn il-persuna taxxabbli — Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi informata bit-talba għal assistenza — Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi mistiedna tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda — Dritt tal-persuna taxxabbli li tikkontesta l-informazzjoni skambjata — Kontenut minimu tal-informazzjoni skambjata”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Rispett fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi – Portata

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta – Direttiva 77/799 – Skambju ta’ informazzjoni fuq talba – Portata tal-obbligi tal-Istat Membru applikant u tal-Istat Membru mitlub lejn il-persuna taxxabbli – Obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi informata bit-talba għal assistenza u li tiġi mistiedna tipparteċipa fit-tfassil tal-imsemmija talba – Assenza – Obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi mistiedna tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda – Assenza

    (Direttiva tal-Kunsill 77/799)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta – Direttiva 77/799 – Skambju ta’ informazzjoni fuq talba – Dritt tal-persuna taxxabbli li tikkontesta l-informazzjoni skambjata – Assenza – Rekwiżit partikolari fir-rigward tal-kontenut tal-informazzjoni skambjata – Assenza – Applikazzjoni tar-regoli proċedurali nazzjonali

    (Direttiva tal-Kunsill 77/799)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 28, 38)

  2.  Id-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta b’mod partikolari mid-Direttiva 77/799/KEE, dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-taxxi fuq premiums tal-assigurazzjoni, u mid-dritt fundamentali għal smigħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li la jikkonferixxi fuq il-persuna taxxabbli ta’ Stat Membru d-dritt li tiġi informata bit-talba għal assistenza ta’ dan l-Istat indirizzata lil Stat Membru ieħor partikolarment sabiex tiġi vverifikata d-data pprovduta minn din il-persuna taxxabbli fil-kuntest tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tagħha, la d-dritt li tipparteċipa fit-tfassil tat-talba indirizzata lill-Istat Membru mitlub u lanqas id-dritt li tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda organizzata minn dan l-aħħar Stat.

    Fil-fatt, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ kontroll fiskali, għandha ssir distinzjoni bejn il-fażi ta’ investigazzjoni, li matulha tinġabar informazzjoni u li tinkludi t-talba għal informazzjoni ta’ amministrazzjoni fiskali lil oħra, u l-fażi kontenzjuża, bejn l-amministrazzjoni fiskali u l-persuna taxxabbli, li tibda meta r-rettifika proposta tintbagħat lill-persuna taxxabbli. Peress li t-talba għal assistenza magħmula mill-amministrazzjoni fiskali skont id-Direttiva 77/799 tagħmel parti mill-proċedura tal-ġbir ta’ informazzjoni, din l-amministrazzjoni ma hijiex meħtieġa tinnotifika lill-persuna taxxabbli b’dan jew tikseb il-fehma tiegħu. Dan japplika wkoll għar-risposta trażmessa mill-amministrazzjoni fiskali mitluba u għar-riċerki preliminari mwettqa minn din l-amministrazzjoni, inkluż l-eżaminazzjoni tax-xhieda.

    (ara l-punti 40-43, 46 u d-dispożittiv 1)

  3.  Id-Direttiva 77/799, dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-taxxi fuq premiums tal-assigurazzjoni, ma tirregolax il-kwistjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom il-persuna taxxabbli tista’ tikkontesta l-eżattezza tal-informazzjoni trażmessa mill-Istat Membru mitlub u ma timponi ebda rekwiżit partikolari fir-rigward tal-kontenut tal-informazzjoni trażmessa.

    F’dawn il-kundizzjonijiet, huma biss il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jistgħu jistabbilixxu r-regoli rilevanti. Il-persuna taxxabbli tista’ tikkontesta l-informazzjoni li tikkonċernaha trażmessa lill-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru applikant skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

    (ara l-punti 49, 50 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C‑276/12

Jiří Sabou

vs

Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud)

“Direttiva 77/799/KEE — Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta — Skambju ta’ informazzjoni fuq talba — Proċeduri fiskali — Drittijiet fundamentali — Limitu tal-portata tal-obbligi li għandhom l-Istat Membru applikant u l-Istat Membru mitlub lejn il-persuna taxxabbli — Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi informata bit-talba għal assistenza — Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi mistiedna tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda — Dritt tal-persuna taxxabbli li tikkontesta l-informazzjoni skambjata — Kontenut minimu tal-informazzjoni skambjata”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Rispett fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi — Portata

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta — Direttiva 77/799 — Skambju ta’ informazzjoni fuq talba — Portata tal-obbligi tal-Istat Membru applikant u tal-Istat Membru mitlub lejn il-persuna taxxabbli — Obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi informata bit-talba għal assistenza u li tiġi mistiedna tipparteċipa fit-tfassil tal-imsemmija talba — Assenza — Obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi mistiedna tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda — Assenza

    (Direttiva tal-Kunsill 77/799)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta — Direttiva 77/799 — Skambju ta’ informazzjoni fuq talba — Dritt tal-persuna taxxabbli li tikkontesta l-informazzjoni skambjata — Assenza — Rekwiżit partikolari fir-rigward tal-kontenut tal-informazzjoni skambjata — Assenza — Applikazzjoni tar-regoli proċedurali nazzjonali