Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0243

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C‑243/12 P

    FLS Plast A/S

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Imputazzjoni lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja — Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja — Proporzjonalità — Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014

    1. Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Aggravju fformulat kontra raġuni tas-sentenza kkontestata – Aggravju intiż li jikkontesta l-fondatezza tas-sentenza kkontestata – Aggravju li jqum mis-sentenza kkontestata stess – Ammissibbiltà

      (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

    2. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Natura konfutabbli – Oneru tal-prova – Ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza – Assenza

      (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    3. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

    4. Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 56 u 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

    5. Appell – Aggravji – Motivi ta’ sentenza vvizzjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi – Ċaħda

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

    6. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata – Kundizzjonijiet – Kumpannija parent u sussidjarji – Neċessità tal-unità ekonomika fil-mument tal-kooperazzjoni

      (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2)

    7. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur imwettaq minn sussidjarja – Imputazzjoni lill-kumpannija parent – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa – Portata – Kumpannija parent u sussidjarja li ffurmaw, fiż-żmien tat-twettiq tal-ksur, impriża fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u li ma baqgħux jeżistu f’din il-forma fil-jum tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multa – Konsegwenzi fuq id-determinazzjoni tal-ammont massimu tal-multa

      (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    8. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Osservanza ggarantita mill-Qorti tal-Ġustizzja – Dritt ta’ kull persuna għal smigħ xieraq – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Rikonoxximent mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Riferiment għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

      (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

    9. Proċedura ġudizzjarja – Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Terminu raġonevoli – Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli – Konsegwenzi

      (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    10. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Talba bbażata fuq it-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti

      (Artikoli 256 TFUE, 268 TFUE u 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 25, 44-48)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 27, 30)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 32, 76-78)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 49, 51, 79)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 84)

    6.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-impriża li kkooperat mal-Kummissjoni abbażi tal-avviż dwar il-klemenza biss tista’ tingħata, skont dan l-avviż, tnaqqis tal-multa li, mingħajr din il-kooperazzjoni, kienet tiġi imposta fuqha. Dan it-tnaqqis ma jistax jiġi estiż għal kumpannija li, matul parti mill-perijodu li jikkostitwixxi ksur, hija għamlet parti mill-entità ekonomika magħmula minn din l-ewwel impriża, iżda ma kinitx għadha tagħmel parti minnha fil-mument fejn din tal-aħħar ikkooperat mal-Kummissjoni.

      Fil-fatt, interpretazzjoni kuntrarja tkun tfisser ġeneralment li fil-każijiet ta’ suċċessjoni ta’ impriża, kumpannija li inizjalment tkun ipparteċipat fi ksur, bħala kumpannija parent ta’ sussidjarja involuta direttament fih, u li sussegwentement tittrasferixxi lil din is-sussidjarja lil impriża oħra, tibbenefika, jekk ikun il-każ, minn tnaqqis ta’ multa mogħtija lil din l-aħħar impriża għall-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni, minkejja li l-imsemmija kumpannija la tkun ikkontribwixxiet hija stess għall-iżvelar tal-ksur inkwistjoni u lanqas ma tkun eżerċitat influwenza determinanti, fil-mument tal-kooperazzjoni, fuq l-ex sussidjarja tagħha.

      Konsegwentement, fid-dawl tal-għan intiż bl-avviż dwar il-klemenza, li jikkonsisti f’li jiġi inkoraġġut l-iżvelar ta’ aġir kuntrarju għall-Artikolu 101 TFUE, u bl-għan li jiggarantixxi applikazzjoni effettiva ta’ din id-dispożizzjoni, xejn ma jiġġustifika l-estensjoni ta’ tnaqqis ta’ multa mogħtija lil impriża għall-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni li, filwaqt li fil-passat kienet ikkontrollat lis-sussidjarja involuta fil-ksur inkwistjoni, hija stess ma kkontribwixxietx għall-iżvelar tiegħu.

      (ara l-punti 85-87)

    7.  Fid-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, f’dak li jikkonċerna l-ħlas ta’ multa imposta għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ir-relazzjoni in solidum li teżisti bejn żewġ kumpanniji li jikkostitwixxu entità ekonomika ma tistax tiġi ristretta għal forma ta’ garanzija pprovduta mill-kumpannija parent sabiex tiggarantixxi l-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha. B’hekk, l-argument li din il-kumpannija parent ma setgħetx tiġi kkundannata għall-ħlas ta’ multa ta’ ammont ogħla minn dak tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha huwa infondat.

      Il-prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet jeħtieġ li, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, l-ammont tal-multa li għandu jitħallas in solidum għandu jiġi stabbilit skont il-gravità tal-ksur li l-impriża kkonċernata hija kkritikata bih u t-tul tiegħu.

      (ara l-punt 107)

    8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 131-133)

    9.  B’teħid inkunsiderazzjoni tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tippermetti, għas-sempliċi raġuni li ma kienx osservat terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni, li appellanti tikkontesta l-ammont ta’ multa imposta fuqha, meta jkunu ġew miċħuda l-aggravji kollha mressqa kontra l-konstatazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-ammont ta’ din il-multa u tal-aġir issanzjonat minnha.

      Ksur, minn qorti tal-Unjoni, tal-obbligu tagħha li jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tiddeċiedi l-kawżi mressqa quddiemha f’terminu raġonevoli, għandu jiġi ssanzjonat permezz ta’ azzjoni għad-danni ppreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li tali azzjoni tikkostitwixxi rimedju effettiv. Minn dan isegwi li talba intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu kkawżat min-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, ta’ terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni ma tistax titressaq direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell, iżda għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali stess.

      (ara l-punti 134-135)

    10.  Fil-kuntest tal-eżami ta’ talba intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu kkawżat min-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, ta’ terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni, hija l-Qorti Ġenerali, billi tiddeċiedi b’formazzjoni differenti minn dik li ddeċidiet dwar il-kawża li wasslet għall-proċedura li t-tul tagħha huwa kkontestat, li għandha tevalwa kemm il-materjalità tad-dannu invokat kif ukoll ir-rabta kawżali bejn dan id-dannu u t-tul eċċessiv tal-proċedura ġudizzjarja kontenzjuża, u dan billi teżamina l-provi prodotti għal dan il-għan.

      (ara l-punt 136)

    Top

    Kawża C‑243/12 P

    FLS Plast A/S

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Imputazzjoni lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja — Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja — Proporzjonalità — Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014

    1. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Aggravju fformulat kontra raġuni tas-sentenza kkontestata — Aggravju intiż li jikkontesta l-fondatezza tas-sentenza kkontestata — Aggravju li jqum mis-sentenza kkontestata stess — Ammissibbiltà

      (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

    2. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Natura konfutabbli — Oneru tal-prova — Ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza — Assenza

      (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    3. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

    4. Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 56 u 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

    5. Appell — Aggravji — Motivi ta’ sentenza vvizzjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi — Ċaħda

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

    6. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Kumpannija parent u sussidjarji — Neċessità tal-unità ekonomika fil-mument tal-kooperazzjoni

      (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2)

    7. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur imwettaq minn sussidjarja — Imputazzjoni lill-kumpannija parent — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Portata — Kumpannija parent u sussidjarja li ffurmaw, fiż-żmien tat-twettiq tal-ksur, impriża fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u li ma baqgħux jeżistu f’din il-forma fil-jum tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multa — Konsegwenzi fuq id-determinazzjoni tal-ammont massimu tal-multa

      (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    8. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Osservanza ggarantita mill-Qorti tal-Ġustizzja — Dritt ta’ kull persuna għal smigħ xieraq — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Rikonoxximent mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Riferiment għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

      (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

    9. Proċedura ġudizzjarja — Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Terminu raġonevoli — Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli — Konsegwenzi

      (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    10. Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Talba bbażata fuq it-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti