Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 62012CJ0186

Sommarju tas-sentenza

Oikeustapauskokoelma – yleinen

Kawża C-186/12

Impacto Azul Lda

vs

BPSA 9 — Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários SA et

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Braga)

“Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom — Esklużjoni tal-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor — Restrizzjoni — Assenza”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Talba għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li huma manifestament inapplikabbli fil-kawża prinċipali – Kawża li tirrigwarda sitwazzjoni purament interna

    (Artikoli 49 TFUE u 267 TFUE)

  2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Libertà ta’ stabbiliment – Responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà in solidum għal kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor – Ammissibbiltà

    (Artikolu 49 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 17-19)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 26, 27)

  3.  L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom għal kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

    (ara l-punt 39 u d-dispożittiv)

Alkuun