Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0177

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C‑177/12

    Caisse nationale des prestations familiales

    vs

    Salim Lachheb uNadia Lachheb

    [talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill‑Cour de cassation (il-Lussemburgu)]

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Benefiċċju tal-familja — Bonus għall-ulied — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-għoti ta’ benefiċċju bħala bonus awtomatiku għall-ulied — Nuqqas ta’ kumulu tal-benefiċċji tal-familja”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal‑24 ta’ Ottubru 2013

    Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Benefiċċji tal-familja – Kunċett – Bonus għall-ulied mogħti awtomatikament biex jiġu kkumpensati l-ispejjeż marbuta mat-trobbija ta’ wild, li jikkorrispondi għal ħlas b’rata fissa mingħajr ebda rabta mad-dħul jew mat-taxxi dovuti mill-persuna li qed titlobha – Inklużjoni – Benefiċċju fi flus imħallas taħt id-dritt fiskali nazzjonali, li joriġina minn moderazzjoni tat-taxxa għall-ulied – Assenza ta’ effett

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikoli 1(u), (i), u 4(1)(h))

    L-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 647/2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li benefiċċju bħall-bonus għall-ulied introdott bil-liġi ta’ Stat Membru bħala bonus awtomatiku minn moderazzjoni tat-taxxa jikkostitwixxi benefiċċju għall-familja fis-sens ta’ dan ir-regolament.

    Fil-fatt, fl-ewwel lok, benefiċċju tali jikkostitwixxi benefiċċju ta’ sigurtà soċjali ġaladarba, minn naħa, jingħata awtomatikament meta wild huwa dipendenti u sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż marbuta mat-trobbija ta’ dan il-wild u jikkorrispondi, min-naħa l-oħra, għal ħlas b’rata fissa, mogħti awtomatikament, mingħajr ebda rabta mad-dħul jew mat-taxxi dovuti mill-persuna li qed titlobhom.

    Fit-tieni lok, skont l-Artikolu 1(u)(i) tar-Regolament Nru 1408/71, it-terminu “benefiċċji familjari/tal-familja” jindika l-benefiċċji kollha materjali jew fi flus bil-ħsieb li jilħqu l-ispejjeż tal-familja. F’dan is-sens, il-benefiċċji tal-familja huma intiżi sabiex jgħinu soċjalment lill-ħaddiema li għandhom l-oneru ta’ familja billi s-soċjetà tikkontribwixxi għal dawn l-oneri. Dan huwa l-każ tal-imsemmi bonus għall-ulied, li jitħallas għal kull wild dipendenti u li jirrappreżenta kontribuzzjoni pubblika għall-baġit tal-familja intiż sabiex itaffi mill-ispejjeż li jirriżultaw mit-trobbija tal-ulied. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-kontribuzzjoni tieħu l-forma ta’ benefiċċju fi flus imħallas taħt id-dritt fiskali nazzjonali u li l-benefiċċju għall-ulied joriġina minn moderazzjoni tat-taxxa għall-ulied ma jqiegħedx inkwistjoni l-kwalifika bħala benefiċċju tal-familja ta’ tali benefiċċju.

    (ara l-punti 31, 34-37, 39 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑177/12

    Caisse nationale des prestations familiales

    vs

    Salim Lachheb uNadia Lachheb

    [talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill‑Cour de cassation (il-Lussemburgu)]

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Benefiċċju tal-familja — Bonus għall-ulied — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-għoti ta’ benefiċċju bħala bonus awtomatiku għall-ulied — Nuqqas ta’ kumulu tal-benefiċċji tal-familja”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal‑24 ta’ Ottubru 2013

    Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Benefiċċji tal-familja — Kunċett — Bonus għall-ulied mogħti awtomatikament biex jiġu kkumpensati l-ispejjeż marbuta mat-trobbija ta’ wild, li jikkorrispondi għal ħlas b’rata fissa mingħajr ebda rabta mad-dħul jew mat-taxxi dovuti mill-persuna li qed titlobha — Inklużjoni — Benefiċċju fi flus imħallas taħt id-dritt fiskali nazzjonali, li joriġina minn moderazzjoni tat-taxxa għall-ulied — Assenza ta’ effett