Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0136

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C-136/12

    Consiglio nazionale dei geologi

    vs

    Autorità garante della concorrenza e del mercato u Autorità garante della concorrenza e del mercato vs Consiglio nazionale dei geologi

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato)

    “It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE — Portata tal-obbligu ta’ rinviju mill-qrati tal-aħħar istanza — Artikolu 101 TFUE — Kodiċi tal-etika ta’ ordni professjonali li jipprekludi l-applikazzjoni tat-tariffi li ma jikkorrispondux għad-dinjità tal-professjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013

    1. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni – Obbligu ta’ rinviju – Limiti – Rilevanza tad-domandi – Kunċett – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza

      (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE)

    2. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali – Determinazzjoni u formulazzjoni tad-domandi preliminari

      (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE)

    3. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

      (Artikolu 267 TFUE)

    4. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Spjegazzjoni tar-raġunijiet li għandha bżonn ta’ risposta għad-domandi preliminari – Assenza – Inammissibbiltà

      (Artikolu 267 TFUE)

    5. Akkordji – Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi – Kunċett – Regoli stabbiliti minn kodiċi ta’ etika dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ ġeologu – Natura vinkolanti – Possibbiltà ta’ impożizzjoni ta’ sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza – Inklużjoni

      (Artikolu 101(1) TFUE)

    6. Akkordji – Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi – Kunċett – Regoli stabbiliti minn kodiċi ta’ etika dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ ġeologu li bħala kriterji ta’ ffissar tal-onorarji tal-ġeoloġi jipprevedu, minbarra l-kwalità u l-importanza tal-provvista tas-servizz, id-dinjità tal-professjoni – Inklużjoni

      (Artikolu 101(1) TFUE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 25-27)

    2.  It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina u tifformula d-domandi preliminari li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li din tqis rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali. Regoli nazzjonali li għandhom l-effett li jostakolaw din il-ġurisdizzjoni ma għandhomx jiġu applikati.

      (ara l-punti 31, 36 u d-dispożittivi 1)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 35)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 39, 40)

    5.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, fir-rigward tal-kunċett ta’ deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi, rilevanti fir-rigward tal-Artikolu 101 TFUE, anki rakkomandazzjoni ta’ prezzijiet, ikun xi jkun l-istat legali eżatt tagħha, tista’ titqies li tikkostitwixxi tali deċiżjoni. F’dan il-każ, in-natura vinkolanti tal-kodiċi tal-etika ta’ ordni professjonali, bħall-ordni professjonali tal-ġeoloġi kif ukoll il-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet fuq dawn tal-aħħar f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kodiċi msemmi għandhom iwasslu sabiex ir-regoli li huma espressi fih jitqiesu fis-sens li jikkostitwixxu deċiżjoni fir-rigward tal-Artikolu 101 TFUE.

      (ara l-punti 46, 47)

    6.  Ir-regoli bħal dawk stabbiliti minn kodiċi tal-etika li bħala kriterji għall-iffissar tal-onorarji tal-ġeoloġi jipprevedu, minbarra l-kwalità u l-importanza tal-provvista ta’ servizz, id-dinjità tal-professjoni, jikkostitwixxu deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE li jista’ jkollha l-effett li tirrestrinġi l-kompetizzjoni ġewwa s-suq intern. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, fid-dawl tal-kuntest globali li fih japplika l-effetti tiegħu dan il-kodiċi, inkluż fid-dawl tal-kuntest legali nazzjonali kollu kif ukoll tal-prattika tal-applikazzjoni tal-kodiċi msemmi mill-Ordni Nazzjonali tal-Ġeoloġi, jekk l-effett imsemmi jinħoloqx f’dan il-każ. Il-qorti msemmija għandha wkoll tivverifika jekk, fid-dawl tal-provi rilevanti kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, ir-regoli ta’ dan l-istess kodiċi, b’mod partikolari sa fejn jirrikorru għall-kriterju relattiv għad-dinjità tal-professjoni, jistgħux jitqiesu bħala neċessarji għall-implementazzjoni tal-għan leġittimu marbut ma’ garanziji mogħtija lill-konsumaturi tas-servizzi tal-ġeoloġi, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-imsemmi kriterju jiżdied ma’ kriterji oħra ta’ determinazzjoni tal-onorarji strettament marbuta mal-kwalità tax-xogħol tal-imsemmija ġeoloġi, bħall-importanza u d-diffikultà tax-xogħol, l-għarfien tekniku u l-isforzi meħtieġa.

      (ara l-punti 55, 57 u d-dispożittivi 2)

    Top

    Kawża C-136/12

    Consiglio nazionale dei geologi

    vs

    Autorità garante della concorrenza e del mercato u Autorità garante della concorrenza e del mercato vs Consiglio nazionale dei geologi

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato)

    “It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE — Portata tal-obbligu ta’ rinviju mill-qrati tal-aħħar istanza — Artikolu 101 TFUE — Kodiċi tal-etika ta’ ordni professjonali li jipprekludi l-applikazzjoni tat-tariffi li ma jikkorrispondux għad-dinjità tal-professjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013

    1. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni — Obbligu ta’ rinviju — Limiti — Rilevanza tad-domandi — Kunċett — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza

      (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE)

    2. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali — Determinazzjoni u formulazzjoni tad-domandi preliminari

      (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE)

    3. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

      (Artikolu 267 TFUE)

    4. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Spjegazzjoni tar-raġunijiet li għandha bżonn ta’ risposta għad-domandi preliminari — Assenza — Inammissibbiltà

      (Artikolu 267 TFUE)

    5. Akkordji — Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi — Kunċett — Regoli stabbiliti minn kodiċi ta’ etika dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ ġeologu — Natura vinkolanti — Possibbiltà ta’ impożizzjoni ta’ sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza — Inklużjoni

      (Artikolu 101(1) TFUE)

    6. Akkordji — Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi — Kunċett — Regoli stabbiliti minn kodiċi ta’ etika dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ ġeologu li bħala kriterji ta’ ffissar tal-onorarji tal-ġeoloġi jipprevedu, minbarra l-kwalità u l-importanza tal-provvista tas-servizz, id-dinjità tal-professjoni — Inklużjoni