Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0095

Sommarju tas-sentenza

Court reports – general

Kawża C‑95/12

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi minoranza ta’ veto ta’ 20 % għat-teħid ta’ ċerti deċiżjonijiet mill-azzjonisti ta’ Volkswagen AG”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013

  1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Proċedura ġudizzjarja speċjali għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trattament tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu meqjusa mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala fondati abbażi tal-Artikolu 258 TFUE

    (Artikolu 258 TFUE)

  2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Effetti – Obbligi tal-Istat Membru li jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu – Eżekuzzjoni tas-sentenza – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jirriżulta mill-għaqda ta’ żewġ dispożizzjonijiet nazzjonali – Tħassir, mill-Istat Membru, ta’ waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet – Tħassir suffiċjenti sabiex din is-sentenza tiġi eżegwita b’mod totali

    (Artikolu 260(1) TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 23)

  2.  Skont l-Artikolu 260(1) TFUE, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li Stat Membru jkun naqas milli jwettaq wieħed mill-obbligi tiegħu taħt it-Trattati, dak l-Istat Membru jkun marbut li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jeżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    Id-dispożittiv tas-sentenza tat-23 ta’ Ottubru 2007, Il-Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, fil-Kawża C-112/05, għandu importanza partikolari f’dak li jikkonċerna s-suġġett tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja, peress li fl-imsemmija sentenza din ikkonstatat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jirriżulta mill-għaqda ta’ żewġ dispożizzjonijiet nazzjonali, u mhux minn kull waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, meħuda waħedhom. Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-motivi tas-sentenza, li fid-dawl tagħhom għandu jinftiehem id-dispożittiv tagħha. Konsegwentement, it-tħassir jew l-emenda ta’ waħda biss minn dawn id-dispożizzjonijiet tista’ tkun biżżejjed sabiex din is-sentenza tiġi eżegwita b’mod totali.

    (ara l-punti 33, 35-37, 39, 40)

Top

Kawża C‑95/12

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi minoranza ta’ veto ta’ 20 % għat-teħid ta’ ċerti deċiżjonijiet mill-azzjonisti ta’ Volkswagen AG”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013

  1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Proċedura ġudizzjarja speċjali għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trattament tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu meqjusa mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala fondati abbażi tal-Artikolu 258 TFUE

    (Artikolu 258 TFUE)

  2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Effetti — Obbligi tal-Istat Membru li jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu — Eżekuzzjoni tas-sentenza — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jirriżulta mill-għaqda ta’ żewġ dispożizzjonijiet nazzjonali — Tħassir, mill-Istat Membru, ta’ waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet — Tħassir suffiċjenti sabiex din is-sentenza tiġi eżegwita b’mod totali