This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0093
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
1. Dritt tal-Unjoni — Effett dirett — Drittijiet individwali — Salvagwardja mill-qrati nazzjonali — Azzjoni ġudizzjarja — Prinċipju ta’ awtonomija proċedurali — Determinazzjoni kemm tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni biex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjonijiet ibbażati fuq id-dritt Komunitarju kif ukoll tal-modalitajiet proċedurali li jirregolaw l-azzjoni — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Verifika mill-qorti nazzjonali.
2. Dritt tal-Unjoni — Effett dirett — Drittijiet individwali — Salvagwardja mill-qrati nazzjonali — Azzjoni ġudizzjarja — Prinċipju ta’ awtonomija proċedurali — Determinazzjoni kemm tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni biex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjonijiet ibbażati fuq id-dritt Komunitarju kif ukoll tal-modalitajiet proċedurali li jirregolaw l-azzjoni — Regola ta’ kompetenza ġudizzjarja nazzjonali li tikkonċentra l-kawżi relatati mad-deċiżjonijiet ta’ awtorità nazzjonali inkarigata mill-ħlas tal-għajnuna agrikola skont l-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea, quddiem qorti waħda biss — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)
1. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 35-39, 42, 43, 48)
2. Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma jipprekludix regola ta’ kompetenza ġudizzjarja nazzjonali, li għandha l-konsegwenza li tikkonċentra l-kawżi relatati mad-deċiżjonijiet ta’ awtorità nazzjonali inkarigata mill-ħlas tal-għajnuna agrikola skont l-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea, quddiem qorti waħda biss, sakemm ir-rikorsi intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li għandhom il-partijiet f’kawża bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni ma jiġux eżerċitati f’kundizzjonijiet inqas favorevoli minn dawk previsti għar-rikorsi intiżi sabiex jipproteġu d-drittijiet ibbażati fuq skemi ta’ għajnuna possibbli favur bdiewa stabbiliti mid-dritt nazzjonali, u sakemm tali regola ta’ kompetenza ma tikkawżax lil xi parti inkonvenjenti proċedurali, f’termini, b’mod partikolari, tat-tul tal-proċedura, tali li jagħmlu eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah.
(ara l-punt 61 u d-dispożittiv)
Kawża C-93/12
ET Agrokonsulting-04-Velko Stoyanov
vs
Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” – Razplashtatelna agentsia
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad)
“Agrikoltura — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Politika agrikola komuni — Għajnuna — Eżami ta’ tilwim amministrattiv — Determinazzjoni tal-qorti kompetenti — Kriterju nazzjonali — Qorti amministrattiva li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab is-sede tal-awtorità li tkun adottat l-att ikkontestat — Prinċipju ta’ ekwivalenza — Prinċipju ta’ effettività — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013
Dritt tal-Unjoni – Effett dirett – Drittijiet individwali – Salvagwardja mill-qrati nazzjonali – Azzjoni ġudizzjarja – Prinċipju ta’ awtonomija proċedurali – Determinazzjoni kemm tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni biex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjonijiet ibbażati fuq id-dritt Komunitarju kif ukoll tal-modalitajiet proċedurali li jirregolaw l-azzjoni – Limiti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Verifika mill-qorti nazzjonali.
Dritt tal-Unjoni – Effett dirett – Drittijiet individwali – Salvagwardja mill-qrati nazzjonali – Azzjoni ġudizzjarja – Prinċipju ta’ awtonomija proċedurali – Determinazzjoni kemm tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni biex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjonijiet ibbażati fuq id-dritt Komunitarju kif ukoll tal-modalitajiet proċedurali li jirregolaw l-azzjoni – Regola ta’ kompetenza ġudizzjarja nazzjonali li tikkonċentra l-kawżi relatati mad-deċiżjonijiet ta’ awtorità nazzjonali inkarigata mill-ħlas tal-għajnuna agrikola skont l-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea, quddiem qorti waħda biss – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 35-39, 42, 43, 48)
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma jipprekludix regola ta’ kompetenza ġudizzjarja nazzjonali, li għandha l-konsegwenza li tikkonċentra l-kawżi relatati mad-deċiżjonijiet ta’ awtorità nazzjonali inkarigata mill-ħlas tal-għajnuna agrikola skont l-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea, quddiem qorti waħda biss, sakemm ir-rikorsi intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li għandhom il-partijiet f’kawża bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni ma jiġux eżerċitati f’kundizzjonijiet inqas favorevoli minn dawk previsti għar-rikorsi intiżi sabiex jipproteġu d-drittijiet ibbażati fuq skemi ta’ għajnuna possibbli favur bdiewa stabbiliti mid-dritt nazzjonali, u sakemm tali regola ta’ kompetenza ma tikkawżax lil xi parti inkonvenjenti proċedurali, f’termini, b’mod partikolari, tat-tul tal-proċedura, tali li jagħmlu eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah.
(ara l-punt 61 u d-dispożittiv)