Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0068

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għanijiet tal-Artikolu 101 TFUE — Protezzjoni tal-kompetizzjoni bħala tali

    (Artikolu 101 TFUE)

    2. Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti — Impriża milquta mill-akkordju li topera fis-suq b’mod allegatament illegali — Assenza ta’ effett

    (Artikolu 101(1) TFUE)

    3. Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Imputabbiltà lil impriża tal-aġir tal-korpi tagħha — Kundizzjonijiet — Prova tal-aġir personali tar-rappreżentant legali tal-impriża jew ta’ mandat mogħti lill-impjegat sabiex jipparteċipa fil-laqgħat — Esklużjoni

    (Artikolu 101(1) TFUE)

    4. Akkordji — Projbizzjoni — Eżenzjoni — Kundizzjonijiet — Natura kumulattiva

    (Artikolu 101(1) u (3) TFUE)

    Summary

    1. L-Artikolu 101 TFUE huwa intiż sabiex jipproteġi mhux biss l-interessi tal-kompetituri jew tal-konsumaturi, iżda wkoll l-istruttura tas-suq u, b’hekk, il-kompetizzjoni bħala tali.

    (ara l-punt 18)

    2. L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li impriża milquta minn akkordju li għandu bħala skop ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni kienet topera fis-suq inkwistjoni b’mod allegatament illegali matul il-konklużjoni ta’ dan l-akkordju huwa irrilevanti għall-kwistjoni jekk l-akkordju inkwistjoni jikkostitwixxix ksur ta’ din id-dispożizzjoni.

    Huma l-awtoritajiet pubbliċi u mhux l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi privati li għandhom jiżguraw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet legali.

    (ara l-punti 20, 21 u d-dispożittivi 1)

    3. L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni ma teħtieġx il-prova ta’ aġir personali tar-rappreżentant awtorizzat ta’ impriża jew ta’ ftehim partikolari li permezz tiegħu dan ir-rappreżentant awtorizza, taħt forma ta’ mandat, l-aġir tal-impjegat tiegħu li pparteċipa f’laqgħa antikompetittiva.

    L-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE tippreżumi mhux azzjoni jew saħansitra għarfien mill-persuni assoċjati jew mill-amministraturi prinċipali tal-impriża kkonċernata, iżda l-azzjoni ta’ persuna li hija awtorizzata taġixxi f’isem l-impriża.

    (ara l-punti 25, 28 u d-dispożittiv 2)

    4. L-Artikolu 101(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ japplika għal ftehim prekluż mill-Artikolu 101(1) TFUE biss meta l-kumpannija li tinvoka din id-dispożizzjoni tkun ressqet il-prova li kienu ssodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fih.

    F’dan ir-rigward, għalkemm meta ftehim intiż biex iġiegħel lil operatur jirrispetta l-leġiżlazzjoni nazzjonali jippromwovi l-progress ekonomiku, l-Artikolu 101(3) TFUE ma jistax japplika meta dan l-akkordju jimponi fuq l-operatur restrizzjonijiet li ma humiex indispensabbli biex jintlaħaq l-għan imfittex. Dan huwa l-każ meta jkunu l-impriżi parti fl-akkordju li jkollhom iressqu quddiem l-awtoritajiet kompetenti lment li jikkonċerna l-aġir tal-operatur, u mhux jeliminaw huma stess lil din l-impriża kompetitriċi mis-suq.

    (ara l-punti 35, 36 u d-dispożittiv 3)

    Top

    Kawża C-68/12

    Protimonopolný úrad Slovenskej republiky

    vs

    Slovenská sporiteľňa a.s.

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Najvyšší súd Slovenskej republiky)

    “Kunċett ta’ akkordju — Ftehim konkluż bejn diversi banek — Impriża kompetitriċi li topera fis-suq inkwistjoni b’mod allegatament illegali — Effett — Assenza”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2013

    1. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Għanijiet tal-Artikolu 101 TFUE – Protezzjoni tal-kompetizzjoni bħala tali

      (Artikolu 101 TFUE)

    2. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Għan antikompetittiv – Konstatazzjoni suffiċjenti – Impriża milquta mill-akkordju li topera fis-suq b’mod allegatament illegali – Assenza ta’ effett

      (Artikolu 101(1) TFUE)

    3. Akkordji – Ftehimiet bejn impriżi – Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv – Imputabbiltà lil impriża tal-aġir tal-korpi tagħha – Kundizzjonijiet – Prova tal-aġir personali tar-rappreżentant legali tal-impriża jew ta’ mandat mogħti lill-impjegat sabiex jipparteċipa fil-laqgħat – Esklużjoni

      (Artikolu 101(1) TFUE)

    4. Akkordji – Projbizzjoni – Eżenzjoni – Kundizzjonijiet – Natura kumulattiva