Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0065

Sommarju tas-sentenza

Kawża C‑65/12

Leidseplein Beheer BV

u

Hendrikus de Vries

vs

Red Bull GmbH

u

Red Bull Nederland BV

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark — Trade mark li għandha reputazzjoni — Protezzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma humiex simili — Użu minn terz mingħajr raġuni valida ta’ sinjal identiku jew simili għat-trade mark li għandha reputazzjoni — Kunċett ta’ ‘raġuni valida’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Frar 2014

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva 89/104 – Trade mark li għandha reputazzjoni – Fakultà li tiġi prevista protezzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma humiex simili (Artikolu 5(2) tad-direttiva) – Obbligu għall-Istati Membri li jeżerċitaw din il-fakultà li jipprevedu din il-protezzjoni wkoll fil-każ ta’ użu ta’ sinjal għal prodotti jew għal servizzi identiċi jew simili

    (Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 5(2))

  2. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Id-Direttiva 89/104 – Trade mark li għandha reputazzjoni – Protezzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma humiex simili (Artikolu 5(2) tad-direttiva) – Kundizzjonijiet – Użu ta’ sinjal identiku jew simili mingħajr raġuni valida li jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark jew jikkawżalhom dannu – Kunċett ta’ raġuni valida – Portata

    (Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 5(2))

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva 89/104 – Trade mark li għandha reputazzjoni – Protezzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma humiex simili (Artikolu 5(2) tad-direttiva) – Kundizzjonijiet – Użu ta’ sinjal identiku jew simili mingħajr raġuni valida li jieħu vantaġġ mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark jew jikkawżalhom dannu – Kunċett ta’ raġuni valida – Sinjal użat qabel il-preżentazzjoni tat-trade mark

    (Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 5(2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 21, 34)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 28)

  3.  L-ewwel Direttiva 89/104 dwar it-trade marks hija intiża, b’mod ġenerali, sabiex tibbilanċja, min-naħa waħda, l-interessi tal-proprjetarju ta’ trade mark li jħares il-funzjoni essenzjali tagħha u, min-naħa l-oħra, l-interessi ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkollhom sinjali li jistgħu jindikaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom.

    Minn dan isegwi li l-protezzjoni tad-drittijiet li l-proprjetarju ta’ trade mark għandu taħt din id-direttiva ma hijiex inkundizzjonata, peress li din il-protezzjoni hija partikolarment limitata, sabiex jiġu bbilanċjati dawn l-interessi, għall-każijiet fejn dan il-proprjetarju jkun viġilanti biżżejjed billi jopponi l-użu minn operaturi oħra ta’ sinjali li jistgħu jippreġudikaw it-trade mark tiegħu.

    Issa, f’sistema ta’ protezzjoni ta’ trade marks bħal dik adottata, fuq il-bażi tad-Direttiva 89/104, mill-Konvenzjoni Benelux dwar il-Proprjetà Intellettwali (Trade marks u Disinni jew Mudelli), l-interessi ta’ terz li juża, fil-kummerċ, sinjal simili għal trade mark li għandha reputazzjoni huma kkunsidrati, fil-kuntest tal-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, permezz tal-possibbiltà għall-utent ta’ dan is-sinjal li jinvoka “raġuni valida”.

    Fil-fatt, meta l-proprjetarju tat-trade mark li għandha reputazzjoni juri l-eżistenza ta’ xi wieħed mill-preġudizzji previsti fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva u, b’mod partikolari, il-vantaġġ inġust meħud mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tal-imsemmija trade mark, huwa t-terz li għamel użu minn sinjal simili għat-trade mark li għandha reputazzjoni li għandu jistabbilixxi li l-użu ta’ tali sinjal għandu raġuni valida.

    Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ “raġuni valida” jista’ jinftiehem biss fis-sens ta’ raġunijiet oġġettivament imperattivi, iżda jista’ wkoll ikun marbut mal-interessi suġġettivi ta’ terz li jagħmel użu minn sinjal identiku jew simili għat-trade mark li għandha reputazzjoni.

    B’dan il-mod, il-kunċett ta’ “raġuni valida” ma huwiex intiż sabiex jirregola kunflitt bejn trade mark li għandha reputazzjoni u sinjal simili li l-użu tiegħu jippreċedi l-preżentazzjoni ta’ din it-trade mark jew sabiex jillimita d-drittijiet tal-proprjetarju ta’ din it-trade mark, iżda sabiex jinstab bilanċ bejn l-interessi inkwistjoni filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest speċifiku tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 89/104 u fid-dawl tal-protezzjoni estiża li minnha din l-istess trade mark tgawdi, l-interessi tat-terz li juża dan is-sinjal. B’hekk, l-invokar minn terz ta’ raġuni valida għall-użu ta’ sinjal simili għal trade mark li għandha reputazzjoni ma jistax iwassal għar-rikonoxximent, favur tiegħu, tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark irreġistrata, iżda jġiegħel lill-proprjetarju tat-trade mark li għandha reputazzjoni jittollera l-użu tas-sinjal simili.

    B’dan il-mod, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat fil-punt 91 tas-sentenza C‑323/09, Interflora u Interflora British Unit, fir-rigward ta’ kawża li ttrattat l-użu ta’ keywords għal riferiment fuq l-internet, li fejn ir-reklamar fuq l-internet minn keyword li tikkorrispondi għal trade mark li għandha reputazzjoni jipproponi, mingħajr ma joffri sempliċi imitazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi tal-proprjetarju ta’ din it-trade mark, mingħajr ma jippreġudika r-reputazzjoni tat-trade mark jew il-karattru distintiv tagħha u mingħajr, barra minn hekk, ma jippreġudika l-funzjonijiet ta’ din it-trade mark, alternattiva għall-prodotti jew għas-servizzi tal-proprjetarju tat-trade mark li għandha reputazzjoni, għandu jiġi konkluż li tali użu jaqa’, fil-prinċipju, taħt kompetizzjoni b’saħħitha u leali fis-settur tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni u għandu għalhekk possibbiltà ta’ “raġuni valida”.

    Konsegwentement, il-kunċett ta’ “raġuni valida” ma jistax jiġi interpretat bħala li huwa limitat għal raġunijiet oġġettivament imperattivi.

    (ara l-punti 41-48)

  4.  L-Artikolu 5(2) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104 dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark li għandha reputazzjoni jista’ jkollu, minħabba “raġuni valida” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jittollera l-użu minn terz ta’ sinjal simili għal din it-trade mark għal prodott identiku għal dak li għalih din it-trade mark ġiet irreġistrata, meta jirriżulta li dan is-sinjal intuża qabel il-preżentazzjoni tal-istess trade mark u li l-użu li sar għall-prodott identiku sar in bona fides. Sabiex jiġi evalwat jekk dan huwiex il-każ, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari:

    l-istabbiliment u r-reputazzjoni ta’ dan is-sinjal fost il-pubbliku kkonċernat,

    il-grad ta’ prossimità bejn il-prodotti u s-servizzi li għalihom l-istess sinjal kien oriġinalment użat u l-prodott li għalih it-trade mark li għandha reputazzjoni ġiet irreġistrata, u

    r-rilevanza ekonomika u kummerċjali tal-użu għal dan il-prodott tas-sinjal simili għal din it-trade mark.

    (ara l-punt 60 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑65/12

Leidseplein Beheer BV

u

Hendrikus de Vries

vs

Red Bull GmbH

u

Red Bull Nederland BV

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark — Trade mark li għandha reputazzjoni — Protezzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma humiex simili — Użu minn terz mingħajr raġuni valida ta’ sinjal identiku jew simili għat-trade mark li għandha reputazzjoni — Kunċett ta’ ‘raġuni valida’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Frar 2014

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trade marks — Direttiva 89/104 — Trade mark li għandha reputazzjoni — Fakultà li tiġi prevista protezzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma humiex simili (Artikolu 5(2) tad-direttiva) — Obbligu għall-Istati Membri li jeżerċitaw din il-fakultà li jipprevedu din il-protezzjoni wkoll fil-każ ta’ użu ta’ sinjal għal prodotti jew għal servizzi identiċi jew simili

    (Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 5(2))

  2. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Metodi — Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trade marks — Id-Direttiva 89/104 — Trade mark li għandha reputazzjoni — Protezzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma humiex simili (Artikolu 5(2) tad-direttiva) — Kundizzjonijiet — Użu ta’ sinjal identiku jew simili mingħajr raġuni valida li jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark jew jikkawżalhom dannu — Kunċett ta’ raġuni valida — Portata

    (Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 5(2))

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trade marks — Direttiva 89/104 — Trade mark li għandha reputazzjoni — Protezzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma humiex simili (Artikolu 5(2) tad-direttiva) — Kundizzjonijiet — Użu ta’ sinjal identiku jew simili mingħajr raġuni valida li jieħu vantaġġ mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark jew jikkawżalhom dannu — Kunċett ta’ raġuni valida — Sinjal użat qabel il-preżentazzjoni tat-trade mark