Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0059

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C‑59/12

    BKK Mobil Oil Körperschaft des öffentlichen Rechts

    vs

    Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

    “Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Kamp ta’ applikazzjoni — Informazzjoni qarrieqa mxerrda minn fond ta’ assigurazzjoni għall-mard tas-sistema legali ta’ assigurazzjoni soċjali — Fond ta’ assigurazzjoni kkostitwit taħt il-forma ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ kummerċjant – Fond ta’ assigurazzjoni għall-mard ta’ sistema legali ta’ assigurazzjoni soċjali kkostitwit taħt il-forma ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, premessa 23, u Artikoli 1, 2(a) u (b) u 6(1))

    Id-Direttiva 2005/29, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva 84/450, id-Direttivi 97/7, 98/27 u 2002/65 u r-Regolament Nru 2006/2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li organu rregolat mid-dritt pubbliku inkarigat b’missjoni ta’ interess ġenerali, bħall-ġestjoni ta’ sistema legali ta’ assigurazzjoni għall-mard, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tagħha.

    Fil-fatt, mill-kliem tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2005/29, jirriżulta, mal-ewwel daqqa t’għajn, li l-leġiżlatur tal-Unjoni ta sens partikolarment wiesa’ lill-kunċett ta’ kummerċjant, li jirreferi għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika ladarba teżerċita attività bi qligħ u ma jeskludix mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu la l-entitajiet li jsegwu missjoni ta’ interess ġenerali u lanqas dawk li huma rregolati mid-dritt pubbliku. Minbarra dan, fid-dawl tal-kliem innifsu tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(a) u (b) tal-imsemmija direttiva, is-sens u l-portata tal-kunċett ta’ kummerċjant kif tirreferi għalih din tal-aħħar għandhom jiġu stabbiliti b’rabta mal-kunċett, korrelattiv iżda inkompatibbli, ta’ konsumatur. Kif jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 1 u mill-premessa 23 tagħha, id-Direttiva dwar prattiki kummerċjali żleali hija intiża sabiex tiżgura livell komuni għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi billi twettaq armonizzazzjoni kompleta tar-regoli rigward il-prattiki kummerċjali żleali, inkluż ir-reklamar żleali tal-kummerċjanti fil-konfront tal-konsumaturi. Fil-fatt, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva, il-kunċett ta’ konsumatur huwa ta’ importanza primordjali, peress li d-dispożizzjonijiet tagħha huma maħsuba essenzjalment fid-dawl tal-konsumatur inkwantu destinatarju u vittma ta’ prattiki kummerċjali żleali.

    F’dan ir-rigward, f’każ fejn l-affiljati ta’ fond ta’ assigurazzjoni għall-mard kkostitwit taħt il-forma ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku għandhom mnejn jiġu mqarrqa permezz ta’ informazzjoni qarrieqa li hija mxandra minn dan l-organu billi tipprekludihom milli jagħmlu għażla informata u billi twassalhom jieħdu deċiżjoni li ma kinux jieħdu fl-assenza ta’ tali informazzjoni, kif jipprovdi l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, in-natura pubblika jew privata tal-organu inkwistjoni l-istess bħall-missjoni speċifika segwita minn dan tal-aħħar ma humiex rilevanti.

    (ara l-punti 32-34, 36, 37, 41 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑59/12

    BKK Mobil Oil Körperschaft des öffentlichen Rechts

    vs

    Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

    “Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Kamp ta’ applikazzjoni — Informazzjoni qarrieqa mxerrda minn fond ta’ assigurazzjoni għall-mard tas-sistema legali ta’ assigurazzjoni soċjali — Fond ta’ assigurazzjoni kkostitwit taħt il-forma ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ kummerċjant — Fond ta’ assigurazzjoni għall-mard ta’ sistema legali ta’ assigurazzjoni soċjali kkostitwit taħt il-forma ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku — Inklużjoni