This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0046
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
1. Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Kunċett — Eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol — Eżerċizzju ta’ attivitajiet reali u effettivi — Evalwazzjoni globali tar-relazzjoni ta’ xogħol inkwistjoni
(Artikolu 45 TFUE)
2. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Deroga — Assenza ta’ obbligu tal-Istat Membru ospitanti li jagħti għajnuna għall-manteniment tal-istudji — Limiti — Sitwazzjoni ta’ student li jeżerċita fl-istess ħin attività mħallsa reali u effettiva fl-Istat Membru ospitanti
(Artikolu 45 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1612/68, Artikolu 7(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikoli 7(1)(ċ) u 24(2))
1. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 39-43)
2. L-Artikoli 7(1)(ċ) u 24(2) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċittadin tal-Unjoni li jsegwi l-istudji fi Stat Membru ospitanti u fl-istess ħin jeżerċita hemmhekk attività mħallsa reali u effettiva ta’ natura li tagħtih il-kwalità ta’ “ħaddiem” skont l-Artikolu 45 TFUE, ma jistax jiġi miċħud l-għajnuna għall-manteniment tal-istudji mogħtija liċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru.
Hija l-qorti nazzjonali li għandha twettaq il-verifiki tal-fatti meħtieġa sabiex jiġi evalwat jekk l-attivitajiet imħallsa tal-persuna kkonċernata humiex suffiċjenti sabiex tiġi kkonferita lilha din il-kwalità.
Il-fatt li l-persuna interessata daħlet fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti bl-intenzjoni prinċipali li tkompli l-istudji tagħha hemmhekk ma huwiex rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk għandhiex il-kwalità ta’ “ħaddiem” skont l-Artikolu 45 TFUE u, għalhekk, jekk għandhiex dritt għal din l-għajnuna taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ċittadin tal-Istat Membru ospitanti b’mod konformi mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità.
(ara l-punt 51 u d-dispożittiv)
Kawża C-46/12
L. N.
vs
Styrelsen for Videregående Uddannelser og Uddannelsesstøtte
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ankenævnet for Uddannelsesstøtten)
“Ċittadinanza tal-Unjoni — Moviment liberu tal-ħaddiema — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Artikolu 45(2) TFUE — Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Artikolu 7(2) — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24(1) u (2) — Deroga mill-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-għajnuna għall-manteniment tal-istudji taħt forma ta’ boroż ta’ studju jew ta’ self — Ċittadin tal-Unjoni li jistudja fi Stat Membru ospitanti — Attività mħallsa qabel u wara l-bidu tal-istudji — Għan prinċipali tal-persuna interessata fil-mument tad-dħul tagħha fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti — Impatt fuq il-kwalifika tagħha bħala ħaddiem u fuq id-dritt tagħha għal borża ta’ studju”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Frar 2013
Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Kunċett – Eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol – Eżerċizzju ta’ attivitajiet reali u effettivi – Evalwazzjoni globali tar-relazzjoni ta’ xogħol inkwistjoni
(Artikolu 45 TFUE)
Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Deroga – Assenza ta’ obbligu tal-Istat Membru ospitanti li jagħti għajnuna għall-manteniment tal-istudji – Limiti – Sitwazzjoni ta’ student li jeżerċita fl-istess ħin attività mħallsa reali u effettiva fl-Istat Membru ospitanti
(Artikolu 45 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1612/68, Artikolu 7(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikoli 7(1)(ċ) u 24(2))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 39-43)
L-Artikoli 7(1)(ċ) u 24(2) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċittadin tal-Unjoni li jsegwi l-istudji fi Stat Membru ospitanti u fl-istess ħin jeżerċita hemmhekk attività mħallsa reali u effettiva ta’ natura li tagħtih il-kwalità ta’ “ħaddiem” skont l-Artikolu 45 TFUE, ma jistax jiġi miċħud l-għajnuna għall-manteniment tal-istudji mogħtija liċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru.