Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0012

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-12/12

    Colloseum Holding AG

    vs

    Levi Strauss & Co.

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

    “Trade marks — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 15(1) — Kunċett ta’ ‘użu ġenwin’ — Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013

    1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Użu ta’ trade mark bħala parti minn trade mark irreġistrata jew li tkun magħquda flimkien magħha

      (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3))

    2. Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra

      (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 15(1))

    1.  Il-ksib ta’ karattru distintiv ta’ trade mark jista’ jirriżulta kemm mill-użu, bħala parti minn trade mark irreġistrata, bħala element tagħha, kif ukoll mill-użu ta’ trade mark distinta magħquda flimkien ma’ trade mark irreġistrata. Fiż-żewġ każijiet, huwa suffiċjenti li, bħala konsegwenza ta’ dan l-użu, l-ambjenti kkonċernati jipperċepixxu effettivament il-prodott jew is-servizz, indikat mit-trademark waħedha li għaliha qiegħda tintalab ir-reġistrazzjoni, bħala wieħed li joriġina minn intrapriża determinata.

      (ara l-punt 27)

    2.  Il-kundizzjoni ta’ użu ġenwin ta’ trade mark, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja, tista’ tkun issodisfatta meta trade mark irreġistrata, li kisbet il-karattru distintiv tagħha wara l-użu ta’ trade mark oħra kumplessa, li tagħha hija tikkostitwixxi waħda mill-elementi, tintuża biss mill-intermedjarju ta’ din it-trade mark l-oħra kumplessa, jew meta din tintuża biss magħquda flimkien ma’ trade mark oħra, meta l-għaqda ta’ dawn iż-żewġ trade marks tkun, barra minn hekk, irreġistrata hi stess bħala trade mark. Madankollu, trade mark irreġistrata li tintuża biss bħala parti minn trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra għandha tkompli tiġi pperċepita bħala indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott inkwistjoni sabiex dan l-użu jissodisfa l-kunċett ta’ “użu ġenwin” fis-sens ta’ dan l-Artikolu 15(1).

      (ara l-punti 35, 36 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C-12/12

    Colloseum Holding AG

    vs

    Levi Strauss & Co.

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

    “Trade marks — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 15(1) — Kunċett ta’ ‘użu ġenwin’ — Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013

    1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Użu ta’ trade mark bħala parti minn trade mark irreġistrata jew li tkun magħquda flimkien magħha

      (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3))

    2. Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra