Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0003

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Agrikoltura — FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Portata

    (Regolament tal-Kunsill Nru 4045/89, Artikolu 2)

    2. Agrikoltura — FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Perijodu ta’ skrutinju — Kunċett — Perijodu inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara — Possibbiltà għal Stat Membru li jwettaq operazzjonijiet ta’ skrutinju lil hinn mill-imsemmi perijodu — Inklużjoni — Irregolarità tal-proċedura — Assenza

    (Regolamenti tal-Kunsill Nru 4045/89, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4), u Nru 2988/95, Artikolu 3)

    Summary

    1. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 20-26)

    2. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, tkompli l-operat tagħha ta’ skrutinju, imħabbar matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, lil hinn mill-imsemmi perijodu mingħajr madankollu ma tivvizzja l-proċedura b’irregolarità li l-operatur skrutinat ikun jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet konsegwenzi mir-riżultati ta’ dan l-iskrutinju.

    B’hekk, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-operaturi inkwistjoni dritt li jippermettilhom jipprekludu skrutinji oħra jew usa’ minn dawk intiżi minn din id-dispożizzjoni. Fir-rigward tal-fatt li jkollu bħala konsegwenza eventwali li jipprekludi l-irkupru ta’ għajnuna rċevuta jew użata irregolarment, tali dritt barra minn hekk jipperikola l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, l-iskrutinji rikjesti mir-Regolament Nru 4045/89 jikkonċernaw operaturi li volontarjament aderew mas-sistema ta’ sostenn stabbilita mill-FAEGG, Taqsima “Garanzija”, u li, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna, aċċettaw l-implementazzjoni ta’ skrutinji sabiex tiġi vverifikata r-regolarità tal-użu tar-riżorsi tal-Unjoni. Dawn l-operaturi ma jistgħux validament iqiegħdu inkwistjoni r-regolarità ta’ tali skrutinju għas-sempliċi raġuni li dan ma jkunx segwa r-regoli organizzattivi li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

    Il-possibbiltà li l-benefiċjarju ta’ għajnuna mogħtija fil-kuntest tas-sistema ta’ sostenn stabbilita mill-FAEGG, Taqsima “Garanzija”, jkollu jsofri operazzjoni ta’ skrutinju lil hinn mill-perijodu stabbilit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għaldaqstant ma tistax titqies li tippreġudika l-prinċipju ta’ ċertezza legali sakemm it-terminu ta’ preskrizzjoni ma jkunx għadu ddekorra. Dan it-terminu huwa ffissat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, inizjalment għal erba’ snin mit-twettiq tal-ksur ta’ dispożizzjoni ta’ dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew minn ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandu jew jista’ jkollu bħala effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni.

    (ara l-punti 30-34 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C-3/12

    Syndicat OP 84

    vs

    Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza))

    “Agrikoltura — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija — Kunċett ta’ ‘perijodu ta’ skrutinju’ — Possibbiltà ta’ estensjoni, minn Stat Membru, tal-perijodu ta’ skrutinju fil-każ ta’ impossibbiltà materjali li jsir skrutinju matul it-terminu mogħti — Ħlas lura tal-għajnuna rċevuta — Sanzjonijiet”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013

    1. Agrikoltura – FAEGG – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Portata

      (Regolament tal-Kunsill Nru 4045/89, Artikolu 2)

    2. Agrikoltura – FAEGG – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Perijodu ta’ skrutinju – Kunċett – Perijodu inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara – Possibbiltà għal Stat Membru li jwettaq operazzjonijiet ta’ skrutinju lil hinn mill-imsemmi perijodu – Inklużjoni – Irregolarità tal-proċedura – Assenza