Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TJ0643

    Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill

    Kawża T‑643/11

    (pubblikazzjoni ta ’ estratti)

    Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd

    u

    Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Dumping — Importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina — Eżami mill-ġdid — Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru°1225/2009 — Drittijiet tad-difiża — Żball ta’ fatt — żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014

    1. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura antidumping – Drittijiet tad-difiża – Dritt ta’ smigħ – Portata

      (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea Artikolu 41(2); Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009)

    2. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura antidumping – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Portata

      Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2); Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009)

    3. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura ta’ reviżjoni – Obbligu tal-istituzzjonijiet li jieħdu inkunsiderazzjoni l-provi kollha rilevanti u debitament iddokumentati – Portata

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(2))

    1.  Ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni li d-dritt għal smigħ jikkostitwixxi parti integrali minnu, li japplika għal kull persuna.

      B’mod iktar partikolari, fil-kuntest tal-proċeduri ta’ investigazzjonijiet antidumping, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u għal smigħ fl-imsemmija proċeduri huwa importanti immens. Ir-rispett ta’ dawn jippreżumi b’mod partikolari li l-impriżi kkonċernati għandhom jitpoġġew f’pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li jesprimu tabilħaqq l-opinjoni tagħhom fuq ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi allegati kif ukoll dwar il-provi kkunsidrati mill-Kummissjoni insostenn tal-allegazzjoni tagħha dwar l-eżistenza ta’ prattika ta’ dumping u tal-ħsara li tirriżulta minnha.

      Għall-kuntarju, ir-rispett tal-imsemmija drittijiet ma jistax jobbliga lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jaderixxu mal-opinjoni tal-impriżi kkonċernati. Fil-fatt, in-natura utli tal-preżentata tal-opinjoni tar-rikorrenti tirrikjedi biss li din l-opinjoni setgħet tiġi ppreżentata tempestivament sabiex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jieħdu konjizzjoni tagħha u, bl-attenzjoni rikjesta kollha, jevalwaw ir-rilevanza tagħha għall-kontenut tal-att li jkun previst li jiġi addottat.

      (ara l-punti 38, 40, 41, 43)

    2.  Għalkemm il-Kummissjoni jew il-Kunsill ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “qorti” fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, xorta jibqa’ l-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill huma obbligati li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni matul il-proċedura amministrattiva, li jinkludu d-dritt għal amministrazzjoni tajba, sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali. B’mod partikolari, huwa dan l-aħħar imsemmi artikolu tal-imsemmija karta, u mhux l-Artikolu 47 tagħha, li jirregola l-proċedura amministrattiva quddiem il-Kummissjoni u l-Kunsill fil-qasam tad-difiża kontra l-importazzjonijiet li huwa s-suġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni.

      F’dan ir-rigward, id-dritt jippreżumi obbligu ta’ diliġenza li jimponi fuq l-istituzzjoni kompetenti l-obbligu li teżamina bir-reqqa u b’imparzjalità l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami.

      (ara l-punti 45, 46)

    3.  Fil-kuntest ta’ eżami mill-ġdid tal-miżuri antidumping li skadew, il-konklużjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 1225/2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, l-provi rilevanti kollha u debitament iddokumentati ppreżentati inkonnessjoni mal-kwistjoni dwar jekk it-tħassir tal-miżuri antidumping hijiex jew le ta’ natura li tiffavorixxi l-kontinwazzjoni jew il-ħruġ mill-ġdid tad-dumping u tal-preġudizzju.

      L-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-imsemmija provi huwa ssodisfatt b’mod partikolari meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu inkunsiderazzjoni l-profitabbiltà, l-produzzjoni, l-volum tal-bejgħ, ir-rata tal-użu tal-kapaċitajiet, il-livell tal-użu u l-profitabbiltà fl-Unjoni matul il-perijodu rilevanti

      (ara l-punti 51, 52)

    Top