Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TJ0569

    Gitana vs OHMI - Teddy (GITANA)

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Gitana vs UASI – Teddy (GITANA)

    (Kawża T‑569/11)

    “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GITANA — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti KiTANA — Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità jew xebh tal-prodotti — Xebh tas‑sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Rifjut parzjali tar‑reġistrazzjoni”

    1. 

    Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ appell — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha — Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 22)

    2. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 35, 68)

    3. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi GITANA u KiTANA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37, 46, 58, 62-64, 67, 69)

    4. 

    Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Legalità — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Assenza ta’ effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 48, 59)

    5. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50, 51)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1825/2007‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rosenruist – Gestão e serviços, Lda u Gitana SA.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Gitana SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top