This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011FJ0116
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
(It-Tieni Awla)
26 ta’ Ġunju 2013
Annalisa Vacca
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni — Test ta’ aċċess — Newtralizzazzjoni ta’ domandi — Informazzjoni lill-kandidati”
Suġġett:
Rikors, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu A. Vacca titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/207/11 talli ma awtorizzathiex tipparteċipa fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni għar-reklutaġġ ta’ amministratur fil-grad AD7 fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Kummissjoni Ewropea għad-dannu morali li hija ġarbet minħabba din id-deċiżjoni.
Deċiżjoni:
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil A. Vacca s-somma ta’ EUR 500. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn A. Vacca. A. Vacca għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.
Sommarju
Uffiċjali – Kompetizzjoni bbażata fuq eżamijiet – Kundizzjonijiet għal suċċess – Iffissar mill-avviż ta’ kompetizzjoni – Obbligu li jiġu indikati l-kriterji ta’ newtralizzazzjoni ta’ domandi, l-ammont minimu ta’ punti meħtieġa għall-istedina għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni u n-numru ta’ kandidati li jistgħu jkunu s-suġġett tal-imsemmija stedina – Assenza
(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 1(1)(e))
Uffiċjali – Kompetizzjoni – Bord tal-Għażla – Ċaħda ta’ kandidatura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Intervent qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors
(Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 25)
Abbażi tal-Artikolu 1(1)(e) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż ta’ kompetizzjoni għandu jispeċifika, fil-każ ta’ kompetizzjoni b’eżamijiet, in-natura tal-eżamijiet u l-għoti tal-marki rispettiv tagħhom.
F’dan ir-rigward, in-newtralizzazzjoni ta’ domandi fl-eżamijiet bil-miktub jikkonċerna n-numru ta’ mistoqsijiet li jkun fih l-eżami, kif ukoll l-għoti tal-marki individwali għal kull mistoqsija. Tali elementi ma jidħlux għalhekk taħt il-kunċett ta’ “kif ikunu mmarkati” msemmija iktar ’il fuq u mhux ta’ bilfors jinsabu fl-avviż tal-kompetizzjoni, b’mod li l-eventwali adozzjoni tagħhom jew bdil mill-bord tal-għażla wara l-bidu tal-eżamijiet bl-ebda mod ma jemenda l-avviż tal-kompetizzjoni.
L-istess jgħodd għall-indikazzjoni dwar l-ammont minimu ta’ punti meħtieġa għall-istedina għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni u n-numru massimu ta’ kandidati li jistgħu jkunu s-suġġett tal-imsemmija stedina. Fil-fatt, sempliċi interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 1(1)(e) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal jeskludi li tali indikazzjonijiet huma koperti mill-kunċetti ta’ “x’tip ikunu [l-eżamijiet]” u “kif ikunu mmarkati”.
(ara l-punti 35, 36 u 38)
Referenza:
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 13 ta’ Marzu 2013, Mendes vs Il‑Kummissjoni, F-125/11, punti 58 u 81, u l-ġurisprudenza ċċitata
L-obbligu ta’ motivazzjoni għal kull deċiżjoni li tikkawża preġudizzju, previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jikkostitwixxi biss riproduzzjoni tal-kuntest speċifiku tar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-membri tal-persunal tagħhom tal-obbligu ġenerali stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE, għandu l-għan li jipprovdi lill-persuna kkonċernata indikazzjoni biżżejjed biex tkun taf jekk id-deċiżjoni hijiex fondata jew jekk hijiex ivvizzjata minn żball li jippermetti li tiġi kkonstatata l-legalità u jippermetti lill-qorti tal-Unjoni biex teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla, il-komunikazzjoni tal-marki miksuba fid-diversi eżamijiet tikkostitwixxi motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla. Madankollu, meta l-irregolaritajiet jew l-iżbalji jseħħu matul l-iżvolġiment ta’ kompetizzjoni ma jistgħux jissewwew b’repetizzjoni tal-eżamijiet, b’mod li l-alternattiva li jkun baqa’ hija biss l-applikazzjoni ta’ fattur korrettiv matul l-evalwazzjoni tal-eżamijiet, dan il-kumpens għandu jsir b’mod mhux ekwivoku, u l-persuna kkonċernata għandha d-dritt li tiġi informata bil-kriterji applikati.
Tali informazzjoni għandha ssir qabel l-iskadenza tat-terminu statutorju għall-preżentata tar-rikors sabiex tippermetti lil kandidat li ma jkunx għadda mit-testijiet ta’ aċċess jeżamina b’għarfien sħiħ tal-kawża tal-legalità tad-deċiżjoni li ttemm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni.
(ara l-punti 53, 54 u 60)
Referenza:
Il-Qorti tal-Ġustizzja: 14 ta’ Lulju 1983, Detti vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, 144/82, punt 29
Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 25 ta’ Ottubru 2007, Lo Giudice vs Il‑Kummissjoni, T‑154/05, punt 160
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 18 ta’ Settembru 2012, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni F-96/09, punti 46 u 47

Referenza:It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 13 ta’ Marzu 2013, Mendes vs Il‑Kummissjoni, F-125/11, punti 58 u 81, u l-ġurisprudenza ċċitata
L-obbligu ta’ motivazzjoni għal kull deċiżjoni li tikkawża preġudizzju, previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jikkostitwixxi biss riproduzzjoni tal-kuntest speċifiku tar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-membri tal-persunal tagħhom tal-obbligu ġenerali stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE, għandu l-għan li jipprovdi lill-persuna kkonċernata indikazzjoni biżżejjed biex tkun taf jekk id-deċiżjoni hijiex fondata jew jekk hijiex ivvizzjata minn żball li jippermetti li tiġi kkonstatata l-legalità u jippermetti lill-qorti tal-Unjoni biex teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla, il-komunikazzjoni tal-marki miksuba fid-diversi eżamijiet tikkostitwixxi motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla. Madankollu, meta l-irregolaritajiet jew l-iżbalji jseħħu matul l-iżvolġiment ta’ kompetizzjoni ma jistgħux jissewwew b’repetizzjoni tal-eżamijiet, b’mod li l-alternattiva li jkun baqa’ hija biss l-applikazzjoni ta’ fattur korrettiv matul l-evalwazzjoni tal-eżamijiet, dan il-kumpens għandu jsir b’mod mhux ekwivoku, u l-persuna kkonċernata għandha d-dritt li tiġi informata bil-kriterji applikati.
Tali informazzjoni għandha ssir qabel l-iskadenza tat-terminu statutorju għall-preżentata tar-rikors sabiex tippermetti lil kandidat li ma jkunx għadda mit-testijiet ta’ aċċess jeżamina b’għarfien sħiħ tal-kawża tal-legalità tad-deċiżjoni li ttemm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni.
(ara l-punti 53, 54 u 60)
Referenza:Il-Qorti tal-Ġustizzja: 14 ta’ Lulju 1983, Detti vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, 144/82, punt 29