Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0657

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C-657/11

    Belgian Electronic Sorting Technology NV

    vs

    Bert Peelaers

    u

    Visys NV

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie)

    “Direttivi 84/450/KEE u 2006/114/KE — Reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv — Kunċett ta’ ‘reklamar’ — Reġistrazzjoni u użu ta’ isem tad-domain — Użu ta’ metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Evalwazzjoni tan-neċessità u tar-rilevanza tad-domandi magħmula

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-punti ta’ liġi tal-Unjoni rilevanti

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv – Direttivi 84/450 u 2006/114 – Kunċett ta’ reklamar – Reġistrazzjoni ta’ domain tal-internet – Esklużjoni – Użu ta’ isem ta’ domain internet u ta’ metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet, li jagħmel riferiment għall-prodotti, għas-servizzi jew għall-isem kummerċjali ta’ kumpannija – Inklużjoni

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2006/114, Artikolu 2(a); Direttiva tal-Kunsill Nru 84/450, Artikolu 2(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 28)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 29)

    3.  L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 84/450, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, kif emendata bid-Direttiva 2005/29 u l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2006/114, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ reklamar, kif iddefinit minn dawn id-dispożizzjonijiet, ikopri l-użu ta’ isem tad-domain kif ukoll dak ta’ metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet, f’sitwazzjoni fejn l-isem ta’ domain jew tal-metaidentifikaturi kkostitwiti minn kliem gwida (“keyword metatags”) jirreferu għal ċerti prodotti jew għal ċerti servizzi jew ukoll għal isem kummerċjali ta’ kumpanniji u jikkostitwixxu forma ta’ komunikazzjoni, li hija indirizzata għall-konsumaturi potenzjali u tissuġġerixxilhom sabiex isibu sit tal-internet li huwa relatat mal-imsemmija prodotti jew servizzi, jew ukoll mal-imsemmija kumpannija.

      Fil-fatt, il-kunċett ta’ reklamar, fis-sens tad-Direttivi 84/450 u 2006/114, ma jistax jiġi interpretat jew applikat b’mod li l-passi meħuda minn kummerċjant bil-għan li jippromwovi l-bejgħ tal-prodotti tiegħu jew tas-servizzi tiegħu, li jistgħu jinfluwenzaw l-aġir ekonomiku tal-konsumaturi, u għaldaqstant, li jaffettwaw il-kompetituri ta’ dan il-kummerċjant, jevadu mir-regoli ta’ kompetizzjoni leali imposti minn dawn id-direttivi.

      Min-naħa l-oħra, ma huwiex kopert minn dan il-kunċett ta’ reġistrazzjoni, bħal tali, isem ta’ domain. Fil-fatt, dan jirrigwarda att purament formali, li, waħdu, ma jimplikax neċessarjament il-possibbiltà ta’ għarfien tal-isem tad-domain mill-konsumaturi potenzjali u li għaldaqstant ma jistax jinfluwenza l-għażla tagħhom.

      (ara l-punti 39, 43, 48, 53, 60 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C-657/11

    Belgian Electronic Sorting Technology NV

    vs

    Bert Peelaers

    u

    Visys NV

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie)

    “Direttivi 84/450/KEE u 2006/114/KE — Reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv — Kunċett ta’ ‘reklamar’ — Reġistrazzjoni u użu ta’ isem tad-domain — Użu ta’ metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Evalwazzjoni tan-neċessità u tar-rilevanza tad-domandi magħmula

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Identifikazzjoni tal-punti ta’ liġi tal-Unjoni rilevanti

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv — Direttivi 84/450 u 2006/114 — Kunċett ta’ reklamar — Reġistrazzjoni ta’ domain tal-internet — Esklużjoni — Użu ta’ isem ta’ domain internet u ta’ metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet, li jagħmel riferiment għall-prodotti, għas-servizzi jew għall-isem kummerċjali ta’ kumpannija — Inklużjoni