Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0645

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-645/11

    Land Berlin

    vs

    Ellen Mirjam Sapir et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

    “Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikoli 1(1) u 6(1) — Kunċett ta’ ‘materji ċivili u kummerċjali’ — Ħlas magħmul indebitament minn entità statali — Talba għal ħlas lura ta’ dan il-ħlas fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja — Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ ta’ konnessjoni — Rabta mill-qrib bejn it-talbiet — Konvenut iddomiċiljat fi Stat terz”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2013

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Materji ċivili u kummerċjali – Kunċett – Kawża għall-irkupru ta’ pagament indebitu magħmul minn korp pubbliku fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva maħsub sabiex jingħata kumpens għad-danni kkawżati minn reġim totalitarju – Inklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill 44/2001, Artikolu 1(1))

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Numru ta’ konvenuti – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali fuq wieħed mill-konvenuti – Interpretazzjoni stretta – Kundizzjoni – Rabta ta’ konnessjoni – Kunċett ta’ konnessjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Pluralità ta’ konvenuti – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali fuq wieħed mill-konvenuti – Kundizzjoni – Rabta ta’ konnessjoni – Talbiet mressqa fil-konfront ta’ diversi konvenuti ddomiċiljati fit-territorju ta’ Stati Membri oħra li jopponu drittijiet għal kumpens addizzjonali li għandhom neċessarjament jiġu deċiżi b’mod uniformi – Inklużjoni – Differenza f’termini ta’ bażijiet legali bejn it-talbiet – Assenza ta’ effett

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Pluralità ta’ konvenuti – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali fuq wieħed mill-konvenuti – Inapplikabbiltà għall-konvenuti li ma humiex iddomiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    1.  L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” jinkludi kawża għall-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament fil-każ fejn organu pubbliku, li ġie ordnat, minn awtorità stabbilita minn liġi intiża sabiex tipprovdi kumpens għal persekuzzjonijiet eżerċitati minn reġim totalitarju, li jħallas lil persuna leża, bħala kumpens, parti mid-dħul mill-bejgħ ta’ immobbli, ħallas lil din il-persuna, wara żball mhux intenzjonat, l-ammont kollu tal-prezz tal-bejgħ, u sussegwentement jitlob legalment l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.

      (ara l-punt 38, dispożittiv 1)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 40-43, 53)

    3.  L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li teżisti rabta mill-qrib, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bejn it-talbiet imressqa kontra diversi konvenuti ddomiċiljati fit-territorju ta’ Stati Membri oħrajn fil-każ fejn dawn tal-aħħar, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, jopponu drittijiet għal kumpens addizzjonali li għandhom neċessarjament jiġu deċiżi b’mod uniformi.

      Fil-fatt, anki jekk il-bażi legali invokata insostenn tat-talba kontra konvenut hija differenti minn dik li fuqha hija bbażat l-kawża mressqa kontra konvenuti oħra, in-neċessità li tingħata deċiżjoni b’mod uniformi teżisti meta l-pretenzjonijiet invokati fit-talbiet differenti jkollhom kollha l-istess interess.

      Mill-kliem tal-punt 1 tal-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament ma jirriżultax li l-identità tal-bażijiet legali tal-kawżi mressqa kontra numru ta’ konvenuti differenti tifforma parti mill-kundizzjonijiet previsti għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Tali identiċità hija biss fattur rilevanti fost oħrajn.

      (ara l-punti 44, 47, 48 u d-dispożittiv 2)

    4.  L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex intiż sabiex japplika għal konvenuti li ma humiex iddomiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru meta dawn tal-aħħar jitħarku bħala parti minn azzjoni mressqa kontra diversi konvenuti li fosthom jinsabu wkoll persuni ddomiċiljati fl-Unjoni Ewropea.

      (ara l-punt 56, u d-dispożittiv 3)

    Top

    Kawża C-645/11

    Land Berlin

    vs

    Ellen Mirjam Sapir et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

    “Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikoli 1(1) u 6(1) — Kunċett ta’ ‘materji ċivili u kummerċjali’ — Ħlas magħmul indebitament minn entità statali — Talba għal ħlas lura ta’ dan il-ħlas fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja — Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ ta’ konnessjoni — Rabta mill-qrib bejn it-talbiet — Konvenut iddomiċiljat fi Stat terz”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2013

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji ċivili u kummerċjali — Kunċett — Kawża għall-irkupru ta’ pagament indebitu magħmul minn korp pubbliku fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva maħsub sabiex jingħata kumpens għad-danni kkawżati minn reġim totalitarju — Inklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill 44/2001, Artikolu 1(1))

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi speċjali — Numru ta’ konvenuti — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali fuq wieħed mill-konvenuti — Interpretazzjoni stretta — Kundizzjoni — Rabta ta’ konnessjoni — Kunċett ta’ konnessjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi speċjali — Pluralità ta’ konvenuti — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali fuq wieħed mill-konvenuti — Kundizzjoni — Rabta ta’ konnessjoni — Talbiet mressqa fil-konfront ta’ diversi konvenuti ddomiċiljati fit-territorju ta’ Stati Membri oħra li jopponu drittijiet għal kumpens addizzjonali li għandhom neċessarjament jiġu deċiżi b’mod uniformi — Inklużjoni — Differenza f’termini ta’ bażijiet legali bejn it-talbiet — Assenza ta’ effett

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi speċjali — Pluralità ta’ konvenuti — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali fuq wieħed mill-konvenuti — Inapplikabbiltà għall-konvenuti li ma humiex iddomiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru