This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0642
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-642/11
Stroy trans EOOD
vs
Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” – Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna)
“Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Dritt għal tnaqqis — Rifjut — Artikolu 203 — Indikazzjoni tal-VAT fuq il-fattura — Eżiġibbiltà — Eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli — Evalwazzjoni identika fir-rigward tal-emittent tal-fattura u tad-destinatarju tagħha — Neċessità”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Taxxa dovuta esklużivament minħabba li hija indikata fuq il-fattura – Kamp ta’ applikazzjoni – Assenza effettiva ta’ tranżazzjoni taxxabbli – Inklużjoni – Avviż ta’ taxxa rettifikattiv – Portata
(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 167 u 203)
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Osservanza tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi – Rifjut minħabba li t-tranżazzjoni effettivament ma twettqitx – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 63, 167 u 203)
L-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija fuq fattura minn persuna hija dovuta minnha indipendentement mill-eżistenza effettiva ta’ tranżazzjoni taxxabbli.
Issa, l-obbligu stipulat fl-Artikolu 203 ta’ din id-direttiva, li huwa intiż li jelimina r-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali li jista’ joħloq id-dritt għal tnaqqis previst fl-Artikoli 167 et seq tal-imsemmija direttiva, huwa limitat bil-possibbiltà li, fl-ordinamenti ġuridiċi interni tagħhom, l-Istati Membri jipprovdu għal korrezzjoni tat-taxxa kollha indebitament iffatturata, u dan meta l-emittent tal-fattura juri l-bona fide tiegħu jew meta dan tal-aħħar, fi żmien utli, ikun elimina kompletament ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali.
Barra minn hekk, sa fejn l-emittent ta’ fattura ma jinvokax waħda mill-ipoteżijiet li jippermettu l-korrezzjoni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud indebitament iffatturata, l-awtorità tat-taxxa ma hijiex obbligata, fil-kuntest ta’ verifika fiskali ta’ dan l-emittent, li tivverifika jekk it-taxxa fuq il-valur miżjud iffatturata u ddikjarata tikkorrispondix għal tranżazzjonijiet taxxabbli verament imwettqa minn dan l-emittent.
L-istess Artikolu 203 għandu jiġi interpretat fis-sens li, mis-sempliċi fatt li l-awtorità tat-taxxa ma kkoreġietx, f’avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, it-taxxa fuq il-valur miżjud iddikjarata minnu, ma jistax jiġi dedott li din l-awtorità rrikonoxxiet li l-imsemmija fattura kienet tikkorrispondi għal tranżazzjoni taxxabbli effettiva.
Madankollu, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-awtorità kompetenti milli tipproċedi għal verifika tal-eżistenza tat-tranżazzjonijiet iffatturati minn persuna taxxabbli u, jekk ikun il-każ, milli tirregolarizza d-dejn fiskali li jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna taxxabbli. Ir-riżultat ta’ tali verifika, bħad-dikjarazzjoni u l-ħlas, mill-emittent tal-fattura, ta’ taxxa fuq il-valur miżjud iffatturata, jikkostitwixxi element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali meta tevalwa l-eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli li tagħti d-dritt għal tnaqqis lid-destinatarju ta’ fattura f’każ konkret.
(ara l-punti 32, 33, 35, 37, 38, u d-dispożittiv 1)
Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li d-destinatarju ta’ fattura jiġi mċaħħad mid-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input minħabba l-assenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli effettiva, minkejja li, fl-avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, it-taxxa fuq il-valur miżjud iddikjarata minn dan tal-aħħar ma ġietx ikkoreġuta. Madankollu, jekk, fid-dawl ta’ frodi jew irregolaritajiet imwettqa minn dan l-emittent jew fi stadju preċedenti għat-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis, jiġi kkunsidrat li din it-tranżazzjoni effettivament ma saritx, għandu jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma d-destinatarju tal-fattura jiġi obbligat iwettaq verifiki li ma huwiex obbligat iwettaq, li dan id-destinatarju kien jaf jew kellu jkun jaf li l-imsemmija tranżazzjoni kienet implikata fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
(ara l-punt 52 u d-dispożittiv 2)
Kawża C-642/11
Stroy trans EOOD
vs
Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” – Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna)
“Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Dritt għal tnaqqis — Rifjut — Artikolu 203 — Indikazzjoni tal-VAT fuq il-fattura — Eżiġibbiltà — Eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli — Evalwazzjoni identika fir-rigward tal-emittent tal-fattura u tad-destinatarju tagħha — Neċessità”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Taxxa dovuta esklużivament minħabba li hija indikata fuq il-fattura — Kamp ta’ applikazzjoni — Assenza effettiva ta’ tranżazzjoni taxxabbli — Inklużjoni — Avviż ta’ taxxa rettifikattiv — Portata
(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 167 u 203)
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Osservanza tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi — Rifjut minħabba li t-tranżazzjoni effettivament ma twettqitx — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet