Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0638

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C‑638/11 P

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    vs

    Gul Ahmed Textile Mills Ltd

    “Appell — Dumping — Importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 3(7) — Kunċett ta’ ‘fatturi l-oħra’”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013

    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Stabbiliment tar-rabta kawżali – Obbligi tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Tneħħija ta’ dazji antidumping preċedenti u ta’ dazji doganali ordinarji fil-kuntest tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati – Esklużjoni

    (Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 3.5; Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 3(7), u Nru 1225/2009, Artikolu 3(7))

    Mill-kliem tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament antidumping bażiku Nru 384/96 [li sar l-Artikolu 3(7) tar-Regolament Nru 1225/2009], b’mod partikolari mill-kliem “il-fatturi magħrufa li [...] jagħmlu ħsara lill-industrija Komunitarja”, jirriżulta li dan ir-regolament jeżiġi l-eżami tal-fatturi li jikkawżaw direttament ħsara, fatt li jippresupponi rabta kawżali diretta.

    Min-naħa l-oħra, il-bidliet tal-kundizzjonijiet leġiżlattivi li jirregolaw l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping ma jistgħux jitqiesu bħala li jikkawżaw, bħala tali, ħsara. Huma l-importazzjonijiet infushom li jikkawżaw ħsara. Fil-fatt, l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping u l-kundizzjonijiet leġiżlattivi li jirregolawhom huma inseparabbli.

    Għaldaqstant, it-tneħħija tad-dazji doganali ordinarji fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati u t-tneħħija ta’ dazji antidumping preċedenti, li jiffaċilitaw u jippromwovu l-importazzjonijiet, huma biss kawżi indiretti u ma jistgħux jitqiesu bħala “fatturi l-oħra” fis-sens tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament Nru 384/96.

    (ara l-punti 28-31)

    Top

    Kawża C‑638/11 P

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    vs

    Gul Ahmed Textile Mills Ltd

    “Appell — Dumping — Importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 3(7) — Kunċett ta’ ‘fatturi l-oħra’”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013

    Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Stabbiliment tar-rabta kawżali — Obbligi tal-istituzzjonijiet — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping — Tneħħija ta’ dazji antidumping preċedenti u ta’ dazji doganali ordinarji fil-kuntest tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati — Esklużjoni