Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0621

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C-621/11 P

    New Yorker SHK Jeans GmbH & Co. KG

    vs

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    “Appell — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja FISHBONE — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti FISHBONE BEACHWEAR — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali mhux prodotti fit-terminu stabbilit — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 42(2) u (3) u 76(2) — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 22(2)”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013

    Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 42(2) u 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, regola 22(2))

    Mill-kliem tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja jirriżulta li, bħala regola ġenerali u sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni bil-kontra, il-produzzjoni ta’ fatti u ta’ provi min-naħa tal-partijiet tibqa’ possibbli wara l-iskadenza tat-termini li għalihom tali preżentazzjoni hija suġġetta skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/2009, u li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ma huwa bl-ebda mod ipprojbit milli jieħu inkunsiderazzjoni fatti u provi invokati jew prodotti tardivament. Billi tippreċiża li dan tal-aħħar “jista”, f’każ bħal dan, jiddeċiedi li ma jiħux inkunsiderazzjoni tali provi, l-imsemmija dispożizzjoni tagħti fil-fatt lill-Uffiċċju marġni diskrezzjonali wiesa’ sabiex jiddeċiedi, filwaqt li jagħti l-motivazzjoni għad-deċiżjoni tiegħu fuq dan il-punt, jekk hemmx lok li joħodhom inkunsiderazzjoni jew le.

    Għal dak li jirrigwarda, b’mod iktar speċifiku, il-produzzjoni ta’ provi tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, għandu jiġi rrilevat li għalkemm l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprovdi li, fuq talba tal-applikant għal reġistrazzjoni, il-proprjetarju ta’ trade mark li jkun ressaq l-oppożizzjoni għandu jipproduċi provi tal-użu ġenwin minnha u li fin-nuqqas ta’ dan l-oppożizzjoni hija miċħuda, l-imsemmi regolament ma għandux dispożizzjoni li tippreċiża t-terminu li fih tali provi għandhom jiġu prodotti. Min-naħa l-oħra, ir-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95, li jimplementa r-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, tipprovdi, f’dan ir-rigward, li fil-każ li tali talba tiġi ppreżentata, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti jipprovdi provi tal-użu mit-trade mark jew tal-eżistenza ta’ raġunijiet validi għaliex ma kienx hemm użu minnha f’terminu speċifikat minnu.

    Għaldaqstant, meta provi meqjusa rilevanti sabiex jiġi stabbilit l-użu mit-trade mark inkwistjoni jkunu ġew prodotti fit-terminu stabbilit mill-Uffiċċju skont ir-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95, il-produzzjoni ta’ provi addizzjonali ta’ tali użu tibqa’ possibbli wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu. F’tali każ, l-Uffiċċju ma huwa bl-ebda mod ipprojbit milli jieħu inkunsiderazzjoni provi prodotti tardivament billi juża s-setgħa diskrezzjonali tiegħu mogħtija lilu mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

    Għal dak li jirrigwarda l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali tal-Uffiċċju sabiex eventwalment jieħu inkunsiderazzjoni provi prodotti tardivament, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tali teħid inkunsiderazzjoni mill-Uffiċċju, meta jkun meħtieġ li jagħti deċiżjoni fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni, jista’ partikolarment jiġi ġġustifikat meta huwa jqis li, minn naħa, l-provi prodotti tardivament jistgħu, prima facie, ikunu realment rilevanti għal dak li jikkonċerna r-riżultat tal-oppożizzjoni mressqa quddiemu u, min-naħa l-oħra, l-istadju tal-proċedimenti li fih il-provi jiġu prodotti tardivament u l-fatti relatati ma’ dan ma jipprekludux dan it-teħid inkunsiderazzjoni.

    (ara l-punti 21-25, 30, 33)

    Top

    Kawża C-621/11 P

    New Yorker SHK Jeans GmbH & Co. KG

    vs

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    “Appell — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja FISHBONE — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti FISHBONE BEACHWEAR — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali mhux prodotti fit-terminu stabbilit — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 42(2) u (3) u 76(2) — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 22(2)”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013

    Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan — Teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell