EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0558

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-558/11

SIA Kurcums Metal

vs

Valsts ieņēmumu dienests

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts)

“Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kejbils ibridi ‘Taifun’ prodotti fir-Russja, komposti minn polipropilen u minn ħajt tal-azzar — Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi u marbuta b’kavilji — Dazji antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kejbils tal-ħadid jew tal-azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012

  1. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Kriterji – Karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tal-prodott

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I)

  2. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Interpretazzjoni – Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda – Noti ta’ spjega tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana – Assenza ta’ vinkolu

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I)

  3. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Spag, ċwiemi, ħbula u kejbils fis-sens tas-subintestatura 5607 49 11 – Kunċett – Kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu – Esklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I)

  4. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Kriterji – Regola ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda – Applikazzjoni bl-għan li jiġu kklassifikati l-kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu – Assenza

    [Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I, Regola Ġenerali 3(b)]

  5. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Impożizzjoni tad-dazji antidumping definittivi – Regolament Nru 1601/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu li jaqgħu fi ħdan is-subintestatura 7312 10 98 tan-nomenklatura magħquda – Inklużjoni – Assenza ta’ riferiment għal din is-subintestatura fil-verżjoni Latvjana tar-regolament – Żball tal-abbozzar

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1601/2001, Artikolu 1)

  6. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Imsiemer, taċċi, pins (drawing pins), imsiemer immewwġin, stejpils fis-sens tas-subintestatura 7317 00 90 – Kunċett – Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi – Esklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 29)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 30)

  3.  Is-subintestatura 5607 49 11 tan-nomenklatura magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu, meta dawn iż-żewġ materjali huma mħallta b’tali mod li flimkien jikkostitwixxu l-kejbils inkwistjoni, ma jaqgħux taħt din is-subintestatura.

    (ara l-punti 33, 34 u d-dispożittiv 1)

  4.  Ir-Regola Ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu, ma għandhiex issir skont din ir-regola, bla ħsara għal verifika mill-qorti nazzjonali, fejn tieħu inkunsiderazzjoni l-punti ta’ fatt kollha ppreżentati quddiemha, li l-ebda wieħed miż-żewġ materjali li minnhom huma magħmula dawn il-kejbils ma jagħti, waħdu, lil dawn il-kejbils in-natura essenzjali tagħhom.

    Jekk l-ebda wieħed miż-żewġ materjali li minnhom ikunu magħmula l-kejbils ma jagħti, waħdu, lil dawn il-kejbils in-natura essenzjali tagħhom, hemm lok li, sabiex issir il-klassifikazzjoni tariffarja tal-imsemmija kejbils, tiġi applikata r-Regola Ġenerali 3(ċ) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda. Skont l-imsemmija Regola, dawn l-istess kejbils għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-aħħar skont l-ordni numeriku fost dawk l-intestaturi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni.

    (ara l-punti 40, 42 u d-dispożittiv 2)

  5.  L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1601/2001 [dwar] l-impożizzjoni ta’ taxxa definittiva kontra d-dumping u l-ġbir definittiv tat-taxxa provviżorja kontra d-dumping imposta fuq l-importazzjoni ta’ ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu, jekk jitqies li jaqgħu taħt is-subintestatura 7312 10 98 tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

    Fid-dawl tal-istruttura ġenerali tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1601/2001, is-sempliċi ommissjoni ta’ riferiment, fil-verżjoni Latvjana tal-imsemmija dispożizzjoni, għas-subintestatura 7312 10 99 tan-nomenklatura magħquda fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament Nru 2263/2000, li jemenda l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, ommissjoni li hija żball manifest tal-abbozzar, ma tippermettix li din l-istess dispożizzjoni tiġi interpretata bħala li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-importazzjoni mir-Russja għal Latvja ta’ kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu, jekk jitqies li jaqgħu taħt is-subintestatura 7312 10 98 tan-nomenklatura magħquda.

    (ara l-punti 50, 51 u d-dispożittiv 3)

  6.  Is-subintestatura 7317 00 90 tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-vireg tal-morsa f’forma ta’ U li t-tarf tagħhom huwa tond u li huma marbuta b’kavilji ma jaqgħux taħt din is-subintestatura.

    (ara l-punt 55, d-dispożittiv 4)

Top

Kawża C-558/11

SIA Kurcums Metal

vs

Valsts ieņēmumu dienests

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts)

“Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kejbils ibridi ‘Taifun’ prodotti fir-Russja, komposti minn polipropilen u minn ħajt tal-azzar — Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi u marbuta b’kavilji — Dazji antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kejbils tal-ħadid jew tal-azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012

  1. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Kriterji — Karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tal-prodott

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I)

  2. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Interpretazzjoni — Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda — Noti ta’ spjega tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana — Assenza ta’ vinkolu

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I)

  3. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Spag, ċwiemi, ħbula u kejbils fis-sens tas-subintestatura 5607 49 11 — Kunċett — Kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu — Esklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I)

  4. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Kriterji — Regola ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda — Applikazzjoni bl-għan li jiġu kklassifikati l-kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu — Assenza

    [Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I, Regola Ġenerali 3(b)]

  5. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Impożizzjoni tad-dazji antidumping definittivi — Regolament Nru 1601/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kejbils magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu li jaqgħu fi ħdan is-subintestatura 7312 10 98 tan-nomenklatura magħquda — Inklużjoni — Assenza ta’ riferiment għal din is-subintestatura fil-verżjoni Latvjana tar-regolament — Żball tal-abbozzar

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1601/2001, Artikolu 1)

  6. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Imsiemer, taċċi, pins (drawing pins), imsiemer immewwġin, stejpils fis-sens tas-subintestatura 7317 00 90 — Kunċett — Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi — Esklużjoni