Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0536

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Artikolu 267 TFUE)

    2. Akkordji — Projbizzjoni — Effett dirett — Dritt tal-individwi li jitolbu kumpens għad-dannu subit — Modalitajiet ta’ eżerċizzju — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Kundizzjonijiet — Osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ dritt mogħti mid-dritt tal-Unjoni u ta’ dawk ta’ dritt mogħti mill-ordinament ġuridiku nazzjonali — Osservanza tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni

    (Artikolu 101(1) TFUE)

    3. Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Aċċess, ta’ persuna leża minn akkordju u li għandha l-intenzjoni tikseb kumpens, għad-dokumenti li jinsabu fil-proċess relatat ma’ proċedura nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Kundizzjonijiet — Osservanza tal-prinċipju ta’ effettività — Obbligu ta’ bbilanċjar tal-interessi kontrapposti

    (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

    Summary

    1. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 15, 16)

    2. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 20-27)

    3. Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha l-aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-proċess relatat ma’ proċedura nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, inkluż għad-dokumenti kkomunikati fil-kuntest ta’ programm ta’ klemenza, ta’ terzi li ma humiex parti f’din il-proċedura u li għandhom l-intenzjoni li jippreżentaw rikorsi għad-danni kontra parteċipanti f’akkordju, huwa suġġett biss għall-kunsens tal-partijiet kollha fl-imsemmija proċedura, mingħajr ma tħalli l-ebda possibbiltà lill-qrati nazzjonali li jibbilanċjaw l-interessi kontrapposti.

    Fil-fatt, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni tagħhom sabiex jistabbilixxu u sabiex japplikaw ir-regoli nazzjonali relattivi għad-dritt tal-persuni li jqisu ruħhom leżi minn akkordju li jkollhom aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċeduri nazzjonali li jikkonċernaw dan l-akkordju, huwa neċessarju li l-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jibbilanċjaw, każ b’każ, l-interess tal-persuna li tagħmel it-talba li tikseb l-aċċess għal dawn id-dokumenti sabiex tipprepara r-rikors tagħha għad-danni, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-possibbiltajiet l-oħra eventwalment għad-dispożizzjoni tagħha, u l-konsegwenzi li realment jistgħu joħolqu preġudizzju li tali aċċess jista’ jagħti lok għalihom fid-dawl ta’ interessi pubbliċi jew ta’ interessi leġittimi ta’ persuni oħrajn, inkluż l-interess pubbliku relatat mal-effettività tal-programmi ta’ klemenza.

    (ara l-punti 30, 34, 44-46, 49 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C-536/11

    Bundeswettbewerbsbehörde

    vs

    Donau Chemie AG et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressaq mill-Oberlandesgericht Wien)

    “Kompetizzjoni — Aċċess għall-fajl — Proċedura ġudizzjarja dwar multi imposti fir-rigward ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Impriżi terzi li jixtiequ jressqu kawża għad-danni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-aċċess għall-fajl għall-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċedura — Prinċipju ta’ effettività”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Akkordji – Projbizzjoni – Effett dirett – Dritt tal-individwi li jitolbu kumpens għad-dannu subit – Modalitajiet ta’ eżerċizzju – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Kundizzjonijiet – Osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ dritt mogħti mid-dritt tal-Unjoni u ta’ dawk ta’ dritt mogħti mill-ordinament ġuridiku nazzjonali – Osservanza tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni

      (Artikolu 101(1) TFUE)

    3. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Aċċess, ta’ persuna leża minn akkordju u li għandha l-intenzjoni tikseb kumpens, għad-dokumenti li jinsabu fil-proċess relatat ma’ proċedura nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Kundizzjonijiet – Osservanza tal-prinċipju ta’ effettività – Obbligu ta’ bbilanċjar tal-interessi kontrapposti