Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0496

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-496/11

    Portugal Telecom SGPS SA

    vs

    Fazenda Pública

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit- Tribunal Central Administrativo Sul)

    “VAT — Sitt Direttiva — Artikoli 17(2) u 19 — Tnaqqis — Taxxa dovuta jew imħallsa għal servizzi miksuba minn kumpannija holding — Servizzi li għandhom rabta diretta, immedjata u mhux ekwivoka ma’ operazzjonijiet intaxxati fi stadju sussegwenti”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012

    Armonizzazzjoni tal-liġijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Taxxa dovuta jew imħallsa għal prodotti u servizzi miksuba minn kumpannija holding – Dritt għal tnaqqis – Kundizzjonijiet – Modalitajiet ta’ kalkolu

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 17(2) u (5))

    L-Artikolu 17(2) u (5) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija holding li, sussidjarjament għall-attività prinċipali tagħha ta’ ġestjoni tal-ishma tal-kumpanniji li tagħhom hija żżomm totalment jew parzjalment kapital azzjonarju, tikseb beni u servizzi li hija tiffattura sussegwentement lill-imsemmija kumpanniji hija awtorizzata li tnaqqas l-ammont tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa bil-kundizzjoni li s-servizzi tal-input miksuba jkollhom rabta diretta u immedjata ma’ tranżazzjonijiet ekonomiċi tal-output li jagħtu dritt għal tnaqqis. Meta l-imsemmija beni u servizzi jintużaw mill-kumpannija holding sabiex twettaq kemm tranżazzjonijiet ekonomiċi li jagħtu dritt għal tnaqqis kif ukoll tranżazzjonijiet ekonomiċi li ma jagħtux dritt għal tnaqqis, it-tnaqqis huwa aċċettat biss għall-parti tat-taxxa fuq il-valur miżjud li hija proporzjonali mal-ammont relatat mal-ewwel tranżazzjonijiet u l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali hija awtorizzata sabiex tipprovdi wieħed mill-metodi ta’ stabbiliment tad-dritt għal tnaqqis elenkati fl-imsemmi Artikolu 17(5). Meta l-imsemmija beni u servizzi jintużaw kemm għal attivitajiet ekonomiċi kif ukoll għal attivitajiet mhux ekonomiċi, l-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva 77/388 ma japplikax u l-metodi ta’ tnaqqis u ta’ allokazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri li, fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-għan u l-istruttura tas-Sitt Direttiva 77/388 u, fir-rigward ta’ dan, jipprovdu metodu ta’ kalkolu li jirrifletti oġġettivament il-parti ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż tal-input għal kull waħda minn dawn iż-żewġ attivitajiet.

    (ara l-punt 49 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C-496/11

    Portugal Telecom SGPS SA

    vs

    Fazenda Pública

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit- Tribunal Central Administrativo Sul)

    “VAT — Sitt Direttiva — Artikoli 17(2) u 19 — Tnaqqis — Taxxa dovuta jew imħallsa għal servizzi miksuba minn kumpannija holding — Servizzi li għandhom rabta diretta, immedjata u mhux ekwivoka ma’ operazzjonijiet intaxxati fi stadju sussegwenti”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012

    Armonizzazzjoni tal-liġijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Taxxa dovuta jew imħallsa għal prodotti u servizzi miksuba minn kumpannija holding — Dritt għal tnaqqis — Kundizzjonijiet — Modalitajiet ta’ kalkolu