This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0465
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-465/11
Forposta SA
u
ABC Direct Contact sp. z o.o.
vs
Poczta Polska SA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza)
“Direttiva 2004/18/KE — L-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) — Direttiva 2004/17/KE — Artikoli 53(3) u 54(4) — Kuntratti pubbliċi — Settur tas-servizzi postali — Kriterji ta’ esklużjoni mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt — Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Żamma ta’ kompetizzjoni leali”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012
Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Ġurisdizzjoni nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Kunċett – Organu ta’ rinviju mitlub jagħti deċiżjoni ġudizzjarja – Krajowa Izba Odwoławcza (Awla nazzjonali ta’ rikors tal-Polonja) – Inklużjoni
(Artikolu 267 TFUE)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Għoti ta’ kuntratti – Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti – Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità – Kunċett – Interpretazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi kunċett ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ċirkustanzi imputabbli lill-operatur – Esklużjoni – Neċessità li l-awtorità kontraenti tevalwa, każ b’każ, l-aġir ikkonstatat
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Għoti ta’ kuntratti – Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti – Natura limitattiva tal-lista tal-kawżi elenkati fl-45(2) tad-Direttiva – Possibbiltà għall-Istati Membri li jipprovdu miżuri ta’ esklużjoni oħrajn – Kundizzjonijiet
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 45(2))
Domandi preliminari – Interpretazzjoni – Effetti ratione temporis tas-sentenzi ta’ interpretazzjoni – Effett retroattiv – Limiti – Ċertezza legali – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja
(Artikolu 267 TFUE)
Domandi preliminari – Interpretazzjoni – Effetti ratione temporis tas-sentenzi ta’ interpretazzjoni – Effett retroattiv – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Kundizzjonijiet – Sinjifikat għall-Istat Membru kkonċernat tal-konsegwenzi finanzjarji tas-sentenza – Kriterju mhux deċiżiv
(Artikolu 267 TFUE)
Sabiex tiddetermina jekk organu ta’ rinviju għandux in-natura ta’ “qorti jew tribunal”, skont l-Artikolu 267 TFUE, liema kwistjoni taqa’ unikament taħt id-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni sensiela ta’ kriterji, bħal jekk l-organu huwiex stabbilit mil-liġi, jekk huwiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tiegħu hijiex ta’ natura obbligatorja jekk il-proċeduri quddiemu humiex kontradittorji, jekk l-organu japplikax regoli tad-dritt, kif ukoll jekk huwiex indipendenti.
F’dan ir-rigward, il-Krajowa Izba Odwoławcza, li hija organu stabbilit mil-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi, bil-ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tieħu konjizzjoni fl-ewwel istanza ta’ kawżi bejn operaturi ekonomiċi u awtoritajiet kontraenti, jikkostitwixxi qorti, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija liġi. Il-fatt li dan l-organu huwa eventwalment mogħti, skont dispożizzjonijiet oħrajn, funzjonijiet ta’ natura konsultattiva huwa mingħajr ebda konsegwenza f’dan ir-rigward.
(ara l-punti 17, 18)
It-tieni subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità, li twassal għall-esklużjoni awtomatika tal-operatur ekonomiku minħabba proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku fis-seħħ, tkun seħħet meta, minħabba ċirkustanzi li jistgħu jiġu imputabbli lil dan l-istess operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti ħassret jew irrexxindiet kuntratt pubbliku preċedenti mogħti lill-imsemmi operatur, jew irtirat minnu, jekk dan it-tħassir, rexxissjoni jew irtirar mill-kuntratt seħħ fil-perijodu ta’ tliet snin qabel il-ftuħ tal-proċedura fis-seħħ u li l-ammont tal-parti mill-kuntratt pubbliku li ma ġietx eżegwita jammonta għall-inqas 5 % tal-ammont totali ta’ dan il-kuntratt.
Fil-fatt, il-kunċett ta’ “kondotta professjonali ħażina” għandu jinftiehem bħala li jirreferi normalment għal aġir tal-operatur ekonomiku inkwistjoni li jindika intenzjoni ta’ kondotta ħażina jew negliġenza ta’ ċerta gravità min-naħa tiegħu. B’hekk kull eżekuzzjoni inkorretta, impreċiża jew nuqqas ta’ kuntrattt jew parti minn dan tal-aħħar tista’ eventwalment turi kompetenza professjonali limitata tal-operatur ekonomiku inkwistjoni, iżda ma tammontax awtomatikament għal kondotta ħażina ta’ ċerta gravità. Barra minn hekk, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ kondotta ħażina ta’ ċerta gravità teħtieġ, fil-prinċipju, li titwettaq evalwazzjoni konkreta u individwali tal-attitudni tal-operatur ekonomiku kkonċernat. F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ “kondotta ħażina ta’ ċerta gravità”, ma jistax jiġi ssostitwit mill-kunċett ta’ “ċirkustanzi imputabbli” lill-operatur ekonomiku kkonċernat.
Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tillimitax li timmarka l-kuntest ġenerali ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, iżda timponi, f’dan ir-rigward fuq l-awtoritajiet kontraenti, kundizzjonijiet obbligatorji u konklużjonijiet li għandhom jirriżultaw awtomatikament minn ċerti ċirkustanzi, mingħajr ma tħalli lil din l-awtorità kontraenti l-possibbiltà li tevalwa, każ b’każ, il-gravità tal-aġir allegatament ħażin tal-imsemmi operatur fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt preċedenti, teċċedi għaldaqstant is-setgħa diskrezzjoni li jiddisponu minnha l-Istati Membri, skont tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(2) ta’ din id-direttiva, rigward il-preċiżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-kawża għall-esklużjoni prevista f’dan l-istess l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-paragrafu 2(d) fir-rispett tad-dritt tal-Unjoni.
(ara l-punti 30, 31, 33-36 u d-dispożittiv 1)
Il-prinċipji u r-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi jiġġustifikawx li, taħt il-protezzjoni tal-interess pubbliku u l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet kontraenti, kif ukoll iż-żamma ta’ kompetizzjoni leali bejn operaturi ekonomiċi, leġiżlazzjoni nazzjonali, timponi fuq l-awtorità kontraenti li teskludi awtomatikament minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku operatur ekonomiku għal kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità mingħajr ma titwettaq evalwazzjoni konkreta u individwali tal-attitudni tal-operatur ekonomiku kkonċernat.
Fil-fatt, l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi, jelenka, b’mod eżawrjenti, il-kawżi li jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni għal kuntratt għal raġunijiet, ibbażati fuq fatturi oġġettivi, li jirrigwarda l-kwalitajiet professjonali tiegħu u jipprekludi, konsegwentement, lill-Istati Membri milli jżidu mal-lista inkluża fih kawżi oħra għall-esklużjoni bbażati fuq kriterji marbuta mal-kwalità professjonali.
Huwa biss meta l-kawża għall-esklużjoni kkonċernata ma hijiex marbuta mal-kwalitajiet professjonali tal-operatur ekonomiku u, għaldaqstant, ma taqax taħt tali lista eżawrjenti li l-ammissibbiltà eventwali ta’ din il-kawża fir-rigward tal-prinċipji jew ta’ regoli oħrajn tad-dritt tal-Unjoni fil-qasma ta’ kuntratti pubbliċi tista’ tiġi prevista.
(ara l-punti 38, 39, 41 u d-dispożittiv 2)
Fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, huwa biss f’każijiet eċċezzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’applikazzjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, tillimita l-possibbiltà għal kull persuna kkonċernata li tinvoka dispożizzjoni li hija tkun interpretat sabiex tikkontesta relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti in bona fide. B’mod iktar speċifiku, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikorriet għal din is-soluzzjoni biss f’ċirkustanzi ferm speċifiċi, b’mod partikolari meta kien hemm riskju ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi serji dovuti b’mod partikolari għan-numru kbir ta’ relazzjonijiet ġuridiċi kkostitwiti in bona fide fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni kkunsidrata bħala validament fis-seħħ u meta kien jidher li l-individwi u l-awtoritajiet nazzjonali kienu mħeġġa jadottaw aġir ma kienx konformi mad-dritt tal-Unjoni minħabba inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva fir-rigward tal-portata tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, inċertezza li għaliha possibbilment ikkontribwixxa l-aġir stess adottat minn Stati Membri oħra jew mill-Kummissjoni Ewropea.
(ara l-punti 44,45)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 47)
Kawża C-465/11
Forposta SA
u
ABC Direct Contact sp. z o.o.
vs
Poczta Polska SA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza)
“Direttiva 2004/18/KE — L-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) — Direttiva 2004/17/KE — Artikoli 53(3) u 54(4) — Kuntratti pubbliċi — Settur tas-servizzi postali — Kriterji ta’ esklużjoni mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt — Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Żamma ta’ kompetizzjoni leali”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012
Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Ġurisdizzjoni nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Kunċett — Organu ta’ rinviju mitlub jagħti deċiżjoni ġudizzjarja — Krajowa Izba Odwoławcza (Awla nazzjonali ta’ rikors tal-Polonja) — Inklużjoni
(Artikolu 267 TFUE)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Għoti ta’ kuntratti — Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti — Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità — Kunċett — Interpretazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi kunċett ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ċirkustanzi imputabbli lill-operatur — Esklużjoni — Neċessità li l-awtorità kontraenti tevalwa, każ b’każ, l-aġir ikkonstatat
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Għoti ta’ kuntratti — Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti — Natura limitattiva tal-lista tal-kawżi elenkati fl-45(2) tad-Direttiva — Possibbiltà għall-Istati Membri li jipprovdu miżuri ta’ esklużjoni oħrajn — Kundizzjonijiet
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 45(2))
Domandi preliminari — Interpretazzjoni — Effetti ratione temporis tas-sentenzi ta’ interpretazzjoni — Effett retroattiv — Limiti — Ċertezza legali — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja
(Artikolu 267 TFUE)
Domandi preliminari — Interpretazzjoni — Effetti ratione temporis tas-sentenzi ta’ interpretazzjoni — Effett retroattiv — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Kundizzjonijiet — Sinjifikat għall-Istat Membru kkonċernat tal-konsegwenzi finanzjarji tas-sentenza — Kriterju mhux deċiżiv