EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 62011CJ0435

Sommarju tas-sentenza

Sammlung der Rechtsprechung – allgemein

Kawża C‑435/11

CHS Tour Services GmbH

vs

Team4 Travel GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)

“Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Brochure tal-bejgħ li fih tagħrif falz — Klassifikazzjoni bħala ‘prattika kummerċjali qarrieqa’ — Każ fejn ma jista’ jiġi attribwit l-ebda ksur tad-dmir ta’ diliġenza lill-kummerċjant”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013

  1. Protezzjoni tal-konsumaturi – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29 – Kamp ta’ applikazzjoni – Informazzjoni dwar l-esklużività ta’ riżervazzjoni ta’ ċertu numru ta’ akkomodazzjonijiet permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, Artikolu 2(d))

  2. Protezzjoni tal-konsumaturi – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29 – Prattika kummerċjali żleali – Kunċett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, premessi 13 u 17, Artikoli 5 sa 9, u Anness I)

  3. Protezzjoni tal-konsumaturi – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29 – Prattika kummerċjali qarrieqa – Kunċett – Kriterji rilevanti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Prattika li diġà tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva – Neċessità li tiġi vverifikata wkoll il-kuntrarjetà ta’ din il-prattika kummerċjali mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali – Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, Artikoli 5(1) u (2), u 6(1))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 27-30)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 35-41)

  3.  Id-Direttiva 2005/29, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ fejn prattika kummerċjali tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva sabiex tiġi kklassifikata bħala prattika qarrieqa fil-konfront tal-konsumatur, ma huwiex meħtieġ li jiġi vverifikat jekk tali prattika hijiex ukoll kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ din l-istess direttiva sabiex tkun tista’ titqies validament li hija żleali u, għaldaqstant, ipprojbita abbażi tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.

    Fil-fatt, l-elementi li jikkostitwixxu prattika kummerċjali qarrieqa, kif stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, huma essenzjalment imfassla mill-perspettiva tal-konsumatur bħala d-destinatarju tal-prattiki kummerċjali żleali u essenzjalment jikkorrispondu għat-tieni kundizzjoni li tikkaratterizza prattika ta’ din in-natura, kif prevista fl-Artikolu 5(2)(b) ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, fl-imsemmi Artikolu 6(1) ma tissemmiex il-kundizzjoni, li tinsab fl-Artikolu 5(2)(a) tal-imsemmija direttiva, u li tirrigwarda l-kuntrarjetà tal-prattika kummerċjali mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, li tikkonċerna l-qasam tal-imprenditur.

    Għaldaqstant, din l-interpretazzjoni hija meħtieġa kemm fid-dawl tal-formulazzjoni u tal-istruttura tal-Artikoli 5 u 6(1) tal-imsemmija direttiva kif ukoll tal-istruttura ġenerali ta’ din tal-aħħar, u hija l-unika waħda li hija ta’ natura li tippreżerva l-effettività tar-regoli speċifiċi previsti fl-Artikoli 6 sa 9 tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali.

    (ara l-punti 43, 45, 46, 48 u d-dispożittiv)

nach oben

Kawża C‑435/11

CHS Tour Services GmbH

vs

Team4 Travel GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)

“Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Brochure tal-bejgħ li fih tagħrif falz — Klassifikazzjoni bħala ‘prattika kummerċjali qarrieqa’ — Każ fejn ma jista’ jiġi attribwit l-ebda ksur tad-dmir ta’ diliġenza lill-kummerċjant”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013

  1. Protezzjoni tal-konsumaturi — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29 — Kamp ta’ applikazzjoni — Informazzjoni dwar l-esklużività ta’ riżervazzjoni ta’ ċertu numru ta’ akkomodazzjonijiet permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar — Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, Artikolu 2(d))

  2. Protezzjoni tal-konsumaturi — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29 — Prattika kummerċjali żleali — Kunċett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, premessi 13 u 17, Artikoli 5 sa 9, u Anness I)

  3. Protezzjoni tal-konsumaturi — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29 — Prattika kummerċjali qarrieqa — Kunċett — Kriterji rilevanti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Prattika li diġà tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva — Neċessità li tiġi vverifikata wkoll il-kuntrarjetà ta’ din il-prattika kummerċjali mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali — Assenza