Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62011CJ0424

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-424/11

    Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd et

    vs

    Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber))

    “Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 77/388/KEE — Eżenzjoni tal-immaniġġjar tal-fondi speċjali ta’ investiment — Portata — Skemi ta’ pensjonijiet tal-irtirar mix-xogħol”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Immaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment – Kunċett – Immaniġġjar ta’ fond ta’ investiment li jiġbor flimkien l-attiv ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar – Esklużjoni – Kundizzjonijiet

    (Direttivi tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13B(d)(6) u 2006/112, Artikolu 135(1)(g))

    L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, u l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li fond ta’ investiment li jiġbor flimkien l-attiv ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “fondi speċjali ta’ investiment” skont dawn id-dispożizzjonijiet, li l-immaniġġjar tagħhom jista’ jiġi eżentat mit-taxxa fuq il-valur miżjud fid-dawl tal-għan ta’ dawn id-direttivi u tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, peress li l-affiljati ma jsostnux ir-riskju li jirriżulta mill-immaniġġjar ta’ dan il-fond u peress li l-kontribuzzjonijiet li l-persuna li timpjega tħallas fl-iskema ta’ pensjonijiet tal-irtirar, jikkostitwixxu mezz li bih hija tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward tal-impjegati tagħha.

    (ara l-punt 29 u d-dispożittiv)

    Нагоре

    Kawża C-424/11

    Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd et

    vs

    Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber))

    “Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 77/388/KEE — Eżenzjoni tal-immaniġġjar tal-fondi speċjali ta’ investiment — Portata — Skemi ta’ pensjonijiet tal-irtirar mix-xogħol”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Eżenzjonijiet — Immaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment — Kunċett — Immaniġġjar ta’ fond ta’ investiment li jiġbor flimkien l-attiv ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar — Esklużjoni — Kundizzjonijiet