Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0356

Sommarju tas-sentenza

Kawżi magħquda C-356/11 u C-357/11

O. u S.

vs

Maahanmuuttovirasto

u

Maahanmuuttovirasto

vs

L.

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus)

“Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 20 TFUE — Direttiva 2003/86/KE — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Ċittadini tal-Unjoni ta’ età żgħira li jirrisjedu ma ommijiethom, ċittadini ta’ pajjiżi terzi, fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu dawn l-ulied għandhom in-nazzjonalità — Dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru tal-ommijiet li ġew fdati bil-kustodja esklużiva taċ-ċittadini tal-Unjoni — Rikompożizzjoni tal-familja wara ż-żwieġ mill-ġdid tal-ommijiet ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u wara t-twelid ta’ wlied, li wkoll huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, minn dawn iż-żwiġijiet — Applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadini tal-Unjoni — Ċaħda tad-dritt ta’ residenza lill-konjuġi l-ġodda minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi suffiċjenti — Dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja — Teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-ulied”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2012

  1. Ċittadinanza tal-unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Benefiċjarji – Membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li huma ċittadini ta’ Stati terzi – Kundizzjoni – Ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu

    (Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 3(1))

  2. Ċittadinanza tal-unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Rifjut ta’ Stat Membru li joħroġ permess ta’ residenza lill-konjuġi l-ġdid tal-ġenitur ta’ ċittadin tal-Unjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Rifjut li ma jammontax, fir-rigward tal-imsemmi ċittadin, iċ-ċaħda tat-tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet mogħtija mill-istatus tiegħu ta’ ċittadin tal-Unjoni

    (Artikolu 20 TFUE)

  3. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Direttiva 2003/86 – Kunċett ta’ riunifikazzjoni – Ċittadin ta’ pajjiż terz ġenitur ta’ wild ċittadin tal-Unjoni u ta’ wild ċittadin ta’ pajjiż terz li ma għandux l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni – Applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja għall-ġenitur l-ieħor ta’ din il-familja rikomposta, li huwa nnifsu huwa ċittadin ta’ pajjiż terz – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 2003/86, Artikolu 2(ċ))

  4. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Direttiva 2003/86 – Rispett tad-drittijiet fundamentali – Dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja – Obbligu ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-interess superjuri tal-wild

    (Direttiva tal-Kunsill 2003/78, premessa 2, Artikoli 5(5) u 7(1)(ċ); Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 7 u 24(2) u (3))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 41, 42)

  2.  L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru milli jirrifjuta li jagħti lil ċittadin ta’ pajjiż terz permess ta’ residenza abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja, meta dan iċ-ċittadin ikun qed jipprova jirrisjedi hemmhekk kemm mal-konjuġi tiegħu, li wkoll tkun ċittadina ta’ pajjiż terz residenti legalment f’dan l-Istat Membru u omm ta’ wild mill-ewwel żwieġ li huwa ċittadin tal-Unjoni, kif ukoll mal-wild li kellhom mill-unjoni tagħhom, li wkoll huwa ċittadin ta’ pajjiż terz, sakemm dan ir-rifjut ma jċaħħadx liċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat mit-tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet mogħtija mill-istatus tiegħu ta’ ċittadin tal-Unjoni.

    Sabiex jiġi stabbilit jekk dan ir-rifjut jipproduċix tali effett, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu l-kustodja esklużiva ta’ wild ċittadin tal-Unjoni għandu permess ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru kkonċernat, b’tali mod li, fid-dritt, la huma u lanqas iċ-ċittadini tal-Unjoni dipendenti fuqhom ma huma obbligati jitilqu mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u minn dak tal-Unjoni kollu kemm hu.

    Fil-kuntest tal-evalwazzjoni dwar familji rikomposti, huwa wkoll rilevanti l-effett li jista’ jkollha fuq il-ħajja familjari d-deċiżjoni tal-imsemmi axxendenti li jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin tal-Unjoni għandu n-nazzjonalità.

    F’dan ir-rigward, madankollu, is-sempliċi fatt li jista’ jidher desiderabbli, għal raġunijiet ekonomiċi jew sabiex tinżamm l-unità tal-familja fit-territorju tal-Unjoni, li membri ta’ familja, komposta minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u minn ċittadin tal-Unjoni ta’ età żgħira, ikunu jistgħu jirrisjedu ma dan l-aħħar ċittadin fit-territorju tal-Unjoni fl-Istat Membru li tiegħu dan l-istess ċittadin għandu n-nazzjonalità, ma huwiex fih innifsu suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li ċ-ċittadin tal-Unjoni jkun obbligat jitlaq mit-territorju tal-Unjoni jekk tali dritt ta’ residenza ma jingħatax.

    La l-fatt li iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu saret applikazzjoni sabiex jiġi rrikonoxxut lilu d-dritt ta’ residenza abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja jgħix jew le taħt l-istess saqaf bħall-isponsor u l-membri l-oħra tal-familja, u lanqas in-nuqqas ta’ relazzjoni bijoloġika bejn l-imsemmi ċittadin ta’ pajjiż terz u ċ-ċittadin tal-Unjoni ma jikkostitwixxu elementi determinanti matul din l-evalwazzjoni.

    Min-naħa l-oħra, il-fatt li ċ-ċittadin ta’ pajjiżi terzi li fir-rigward tiegħu saret applikazzjoni sabiex jiġi rikonoxxut lilu dritt ta’ residenza ma għandhomx il-kustodja legali, finanzjarja jew affettiva ta’ dan iċ-ċittadin għandu jittieħed inkunsiderazzjoni. Fil-fatt, hija r-relazzjoni ta’ dipendenza bejn iċ-ċittadin tal-Unjoni u l-imsemmi ċittadin ta’ pajjiż terz li tista’ tpoġġi f’dubju l-effettività taċ-ċittadinanza tal-Unjoni peress li hija din id-dipendenza li twassal sabiex iċ-ċittadin tal-Unjoni jsib ruħu obbligat, de facto, jitlaq mhux biss mit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huwa ċittadin iżda wkoll mit-territorju tal-Unjoni kollu kemm hu, bħala konsegwenza ta’ tali deċiżjoni ta’ rifjut.

    (ara l-punti 49-56, 58, 82 u d-dispożittiv)

  3.  Applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza abbażi tar-riunifikazzjoni favur ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jipprova jirrisjedi mal-konjuġi tiegħu, li ukoll hija ċittadin ta’ pajjiż terz residenti legalment f’dan l-Istat Membru u omm ta’ wild mill-ewwel żwieġ li huwa ċittadin tal-Unjoni, u mal-wild li rriżulta mill-unjoni tagħhom, li wkoll huwa ċittadin ta’ pajjiż terz, huma koperti mid-Direttiva 2003/86, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja.

    Fil-fatt, fid-dawl tal-għan imfittex minn din id-Direttiva, li huwa li tiġi ffaċilitata r-riunifikazzjoni tal-familja u tal-protezzjoni li din hija intiża li tagħti lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari lil minuri, l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva ma tistax tiġi eskluża biss minħabba l-fatt li ġenitur tal-minuri, ċittadin ta’ pajjiż terz, huwa wkoll il-ġenitur ta’ ċittadin tal-Unjoni minn żwieġ preċedenti.

    (ara l-punti 68, 69, 82 u d-dispożittiv)

  4.  L-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandu jiġi interpretat fis-sens li għalkemm l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jitolbu l-prova li l-isponsor għandu riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex imantni lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu, din il-possibbiltà għandha tiġi eżerċitata fid-dawl tal-Artikoli 7, u 24(2) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jimponu fuq l-Istati Membri l-obbligu li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja fl-interess tal-ulied ikkonċernati u bil-għan li jiffavorixxu l-ħajja tal-familja, kif ukoll li jevitaw li jippreġudikaw kemm l-għan ta’ din id-direttiva kif ukoll l-effettività tagħha.

    Fil-fatt, l-awtorizzazzjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja hija r-regola ġenerali, il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 għandha tiġi interpretata b’mod strett. Il-marġni ta’ manuvra mogħti lill-Istati Membri ma għandux jintuża minnhom b’mod li jippreġudika l-għan tad-Direttiva u l-effettività tagħha.

    Ċertament, l-Artikoli 7 u 24 tal-Karta, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza, għall-ulied, tal-ħajja tal-familja, ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li jċaħħdu lill-Istati Membri mill-marġni ta’ diskrezzjoni li huma għandhom meta jeżaminaw applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja Madankollu, matul tali eżami u meta jiġi ddeterminat, b’mod partikolari, jekk ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/86 humiex sodisfatti, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati u applikati fid-dawl tal-Artikoli 7 u 24(2) u (3) tal-Karta, kif barra minn hekk jirriżulta mit-termini tal-premessa 2 u mill-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva, li jimponu fuq l-Istati Membri l-obbligu li jeżaminaw l-applikazzjonijiet ta’ riunifikazzjoni inkwistjoni fl-interess tal-ulied ikkonċernati u bil-għan li jiffavorixxu l-ħajja tal-familja. Għalhekk, huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom, meta jimplementaw id-Direttiva 2003/86 u meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja, iwettqu evalwazzjoni bbilanċjata u raġonevoli tal-interessi kollha inkwistjoni billi jieħdu, b’mod partikolari, inkunsiderazzjoni l-interess tal-ulied ikkonċernati.

    (ara l-punti 74, 79-82 u d-dispożittiv)

Top

Kawżi magħquda C-356/11 u C-357/11

O. u S.

vs

Maahanmuuttovirasto

u

Maahanmuuttovirasto

vs

L.

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus)

“Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 20 TFUE — Direttiva 2003/86/KE — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Ċittadini tal-Unjoni ta’ età żgħira li jirrisjedu ma ommijiethom, ċittadini ta’ pajjiżi terzi, fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu dawn l-ulied għandhom in-nazzjonalità — Dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru tal-ommijiet li ġew fdati bil-kustodja esklużiva taċ-ċittadini tal-Unjoni — Rikompożizzjoni tal-familja wara ż-żwieġ mill-ġdid tal-ommijiet ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u wara t-twelid ta’ wlied, li wkoll huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, minn dawn iż-żwiġijiet — Applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadini tal-Unjoni — Ċaħda tad-dritt ta’ residenza lill-konjuġi l-ġodda minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi suffiċjenti — Dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja — Teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-ulied”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2012

  1. Ċittadinanza tal-unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Benefiċjarji — Membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li huma ċittadini ta’ Stati terzi — Kundizzjoni — Ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu

    (Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 3(1))

  2. Ċittadinanza tal-unjoni — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Rifjut ta’ Stat Membru li joħroġ permess ta’ residenza lill-konjuġi l-ġdid tal-ġenitur ta’ ċittadin tal-Unjoni — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Rifjut li ma jammontax, fir-rigward tal-imsemmi ċittadin, iċ-ċaħda tat-tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet mogħtija mill-istatus tiegħu ta’ ċittadin tal-Unjoni

    (Artikolu 20 TFUE)

  3. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86 — Kunċett ta’ riunifikazzjoni — Ċittadin ta’ pajjiż terz ġenitur ta’ wild ċittadin tal-Unjoni u ta’ wild ċittadin ta’ pajjiż terz li ma għandux l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni — Applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja għall-ġenitur l-ieħor ta’ din il-familja rikomposta, li huwa nnifsu huwa ċittadin ta’ pajjiż terz — Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 2003/86, Artikolu 2(ċ))

  4. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86 — Rispett tad-drittijiet fundamentali — Dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja — Obbligu ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-interess superjuri tal-wild