This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0326
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-326/11
J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard BV
vs
Staatssecretaris van Financiën
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)
“Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 13B(g) moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) — Provvista ta’ bini u tal-art li tifforma parti minnu — Provvista ta’ bini fi stadju ta’ xogħol intiż sabiex jinħoloq bini ġdid bi trasformazzjoni — Tkomplija u tlestija tax-xogħol mix-xerrej wara l-provvista — Eżenzjoni mill-VAT”
Sommarju tas-sentenza
Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet – Taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Intenzjoni tal-partijiet li tikkonċerna l-issuġġettar ta’ tranżazzjoni għat-taxxa – Obbligu li ssir evalwazzjoni globali tat-tranżazzjoni kkonċernata
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Projbizzjoni ta’ abbuż ta’ liġi
Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva – Eżenzjoni tat-trasferimenti ta’ bini u tal-art li tifforma parti minnu – Portata – Provvista ta’ proprjetà immobbli magħmula minn art u minn bini antik li jkun qed jiġi ttrasformat f’bini ġdid – Bini antik li kien suġġett biss għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ parzjali u jkun għadu użat parzjalment – Inklużjoni
(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 4(3)(a) u 13(B)(g))
L-intenzjoni ddikjarata tal-partijiet dwar ir-responsabbiltà għat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ tranżazzjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, waqt evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi ta’ tali tranżazzjoni, sakemm dan ikun sostnut minn provi oġġettivi. Fost tali provi jidhru l-istat ta’ progress tax-xogħlijiet ta’ trasformazzjoni li jkunu saru mill-bejjiegħ fid-data tal-provvista u, fejn xieraq, l-użu tal-proprjetà immobbli inkwistjoni fl-istess data.
(ara l-punti 33, 34)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 35)
L-Artikolu 13B(g) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din l-ewwel dispożizzjoni tkopri tranżazzjoni ta’ provvista ta’ proprjetà immobbli li tikkonsisti f’art u f’bini antik li jkun qed jiġi ttrasformat f’bini ġdid peress li, fil-mument ta’ din il-provvista, il-bini l-antik kien suġġett biss għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ parzjali u kien, tal-inqas parzjalment, għadu użat bħala tali.
(ara l-punt 39 u d-dispożittiv)
Kawża C-326/11
J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard BV
vs
Staatssecretaris van Financiën
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)
“Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 13B(g) moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) — Provvista ta’ bini u tal-art li tifforma parti minnu — Provvista ta’ bini fi stadju ta’ xogħol intiż sabiex jinħoloq bini ġdid bi trasformazzjoni — Tkomplija u tlestija tax-xogħol mix-xerrej wara l-provvista — Eżenzjoni mill-VAT”
Sommarju tas-sentenza
Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet — Taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Intenzjoni tal-partijiet li tikkonċerna l-issuġġettar ta’ tranżazzjoni għat-taxxa — Obbligu li ssir evalwazzjoni globali tat-tranżazzjoni kkonċernata
Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Projbizzjoni ta’ abbuż ta’ liġi
Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva — Eżenzjoni tat-trasferimenti ta’ bini u tal-art li tifforma parti minnu — Portata — Provvista ta’ proprjetà immobbli magħmula minn art u minn bini antik li jkun qed jiġi ttrasformat f’bini ġdid — Bini antik li kien suġġett biss għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ parzjali u jkun għadu użat parzjalment — Inklużjoni