EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0318

Sommarju tas-sentenza

Kawżi magħquda C-318/11 u C-319/11

Daimler AG

u

Widex A/S

vs

Skatteverket

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Falun)

“Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 170 u 171 — It-Tmien Direttiva tal-VAT — Artikolu 1 — Direttiva 2008/9/KE — Artikolu 3(a) — Modalitajiet tar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż — Persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru u li teżerċita biss fi Stat Membru ieħor xi attivitajiet ta’ testijiet tekniċi jew ta’ riċerka”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Rimbors tat-taxxa lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fil-pajjiż – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Persuna taxxabbli li twettaq minn stabbiliment fiss testijiet tekniċi jew xogħlijiet ta’ riċerka biss, bl-esklużjoni ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli – Inklużjoni – Sussidjarja miżmuma 100 % fl-Istat Membru tar-rimbors – Assenza ta’ effett

(Direttivi tal-Kunsill 79/1072, Artikolu 1, kif emendata bid-Direttiva 2006/98, u 2008/9, Artikolu 3(a))

Persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita fi Stat Membru u li twettaq biss fi Stat Membru ieħor testijiet tekniċi jew xogħlijiet ta’ riċerka, bl-esklużjoni ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li għandha, f’dan l-Istat Membru l-ieħor, “stabbiliment [fiss] li minnu jkunu magħmula transazzjonijiet tan-negozju” fis-sens tal-Artikolu 1 tat-Tmien Direttiva 79/1072, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-[rimbors] tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, kif emendata mid-Direttiva 2006/98 u tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/9, li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-[rimbors] tat-taxxa fuq il-valur miżjud, previst fid-Direttiva 2006/112, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru tar-[rimbors] iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor.

Fil-fatt, l-interpretazzjoni mogħtija lill-kunċett ta’ “stabbiliment [fiss] li minnu jkunu magħmula transazzjonijiet tan-negozju” żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, ibbażati, minn naħa, fuq l-eżistenza ta’ “stabbiliment fiss” u, min-naħa oħra, it-twettiq, minn dan, ta’ “tranżazzjonijiet”.Għall-finijiet tal-esklużjoni ta’ dritt għal rimbors, għandu jiġi kkonstatat it-twettiq effettiv ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli mill-istabbiliment fiss fl-Istat ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal rimbors, u mhux sempliċi kapaċità tal-imsemmi stabbiliment li jwettaq tali tranżazzjonijiet.

Fil-każ fejn ma huwiex ikkontestat li l-impriża ma twettaqx tranżazzjonijiet taxxabbli tal-output fl-Istat ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal rimbors permezz tas-servizzi tagħha ta’ testijiet tekniċi u ta’ riċerka, dritt għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għandu għalhekk jiġi rikonoxxut, mingħajr ma jkun hemm lok li jiġi eżaminat, barra minn hekk, jekk din l-impriża għandhiex effettivament “stabbiliment fiss” fis-sens tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu interpretati, peress illi ż-żewġ kundizzjonijiet li jikkostitwixxu l-kriterju ta’ “stabbiliment [fiss] li minnu jkunu magħmula transazzjonijiet tan-negozju” huma kumulattivi.

Din l-interpretazzjoni ma titqegħidx f’dubju, minħabba l-fatt li l-persuna taxxabbli għandha, fl-Istat Membru tal-applikazzjoni tagħha għal rimbors, sussidjarja miżmuma 100 % li hija kważi esklużivament intiża sabiex tipprovdilha diversi servizzi marbuta mat-testijiet tekniċi mwettqa. Fil-fatt, sussidjarja miżmuma 100 % hija persuna ġuridika taxxabbli b’mod awtonomu.

(ara l-punti 32, 37-39, 44, 48, 51 u d-dispożittivi 1, 2)

Top

Kawżi magħquda C-318/11 u C-319/11

Daimler AG

u

Widex A/S

vs

Skatteverket

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Falun)

“Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 170 u 171 — It-Tmien Direttiva tal-VAT — Artikolu 1 — Direttiva 2008/9/KE — Artikolu 3(a) — Modalitajiet tar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż — Persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru u li teżerċita biss fi Stat Membru ieħor xi attivitajiet ta’ testijiet tekniċi jew ta’ riċerka”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Rimbors tat-taxxa lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fil-pajjiż — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Persuna taxxabbli li twettaq minn stabbiliment fiss testijiet tekniċi jew xogħlijiet ta’ riċerka biss, bl-esklużjoni ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli — Inklużjoni — Sussidjarja miżmuma 100 % fl-Istat Membru tar-rimbors — Assenza ta’ effett