This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0276
Viega vs Il-Kummissjoni
Viega vs Il-Kummissjoni
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta ' Marzu 2013 – Viega vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-276/11 P)
“Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Attrezzaturi end-feed u b’furċella — Produzzjoni u evalwazzjoni tal-provi — Dritt għal smigħ quddiem qorti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ proporzjonalità”
1. |
Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58, subparagrafu 1) (ara l-punti 28-30) |
2. |
Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ quddiem qorti — Obbligu li jiġu inklużi fid-deċiżjoni l-allegazzjonijiet kollha tal-partijiet — Assenza (ara l-punti 34-36) |
3. |
Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-rifjut tal-Qorti Ġenerali li tordna miżuri istruttorji — Portata (Artikolu 256 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 66(1)) (ara l-punti 39, 40) |
4. |
Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 36 u 53, subparagrafu 1) (ara l-punti 44, 45) |
5. |
Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal- appell — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170(1)) (ara l-punti 58, 59) |
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011, Viega vs Il-Kummissjoni (T-375/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti - Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur tal-prinċipji ta’ proċedura ta’ investigazzjoni - Ksur tal-Artikolu 81(1) KE, u tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Viega GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |