Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0199

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-199/11

    Europese Gemeenschap

    vs

    Otis NV et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn rechtbank van koophandel te Brussel)

    “Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea quddiem il-qrati nazzjonali — Artikoli 282 KE u 335 TFUE — Talba għad-danni minħabba d-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ akkordju — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal smigħ xieraq — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012

    1. Unjoni Ewropea – Rappreżentanza quddiem il-qrati nazzjonali – Kawża ċivili għall-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ prattika antikompetittiva li tista’ tkun affettwat kuntratti pubbliċi mogħtija fil-passat minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni – Setgħa ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li jkollha mandat għal dan il-għan min-naħa tal-imsemmija istituzzjonijiet jew organi – Assenza

      (Artikoli 81 KE u 282 KE; Artikolu 101 TFUE)

    2. Kompetizzjoni – Akkordji – Projbizzjoni – Dritt li tiġi sostnuta n-nullità ta’ akkordju pprojbit mill-Artikolu 81 KE u li jintalab kumpens għad-dannu subit – Dritt li jappartjeni wkoll lill-Unjoni

      (Artikolu 81 KE)

    3. Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Portata

      (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

    4. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Applikazzjoni mill-qrati nazzjonali – Evalwazzjoni ta’ ftehim jew ta’ prattika li kien diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni – Kundizzjonijiet

      (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 16)

    5. Domandi preliminari – Evalwazzjoni tal-validità – Konstatazzjoni ta’ invalidità – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

      (Artikolu 267 TFUE)

    6. Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stabbiliment mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni – Stħarriġ tal-legalità u ta’ ġurisdizzjoni sħiħa, kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt – Ksur – Assenza

      (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 17, u Nru 1/2003, Artikolu 31))

    7. Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stabbiliment mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata prattika antikompetittiva – Kawża għall-kumpens għal danni mressqa mill-Kummissjoni quddiem qorti nazzjonali minħabba dannu subit mill-Unjoni b’riżultat tal-imsemmija prattika antikompetittiva – Obbligu tal-qrati nazzjonali li ma jittieħdux deċiżjonijiet li jmorru kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li jikkonstataw prattika antikompetittiva – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ dannu kkawżat u tar-rabta kawżali – Ksur – Assenza

      (Artikolu 81 KE; Artikolu 101 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 16)

    1.  Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, dan ma jipprekludix li l-Kummissjoni tirrappreżenta lill-Unjoni quddiem qorti nazzjonali li quddiemha titressaq kawża ċivili għall-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ akkordju jew ta’ prattika pprojbiti mill-Artikoli 81 KE u 101 TFUE, li jistgħu jkunu affettwaw lil ċerti kuntratti pubbliċi mogħtija minn istituzzjonijiet differenti u minn korpi differenti tal-Unjoni, mingħajr ma huwa meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha mandat għal dan il-għan minn dawn tal-aħħar.

      (ara l-punt 36 u d-dispożittiv 1)

    2.  Kull persuna għandha d-dritt li tinvoka quddiem qorti l-ksur tal-Artikolu 81 KE u, għaldaqstant, li ssostni n-nullità ta’ akkordju jew ta’ prattika pprojbita minn dan l-artikolu. Sa fejn jikkonċerna, b’mod partikolari, il-possibbiltà li jintalab kumpens għad-dannu kkawżat minn kuntratt jew minn imġiba li tista’ toħloq restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni, għandu jitfakkar li l-effettività sħiħa tal-Artikolu 81 KE u, b’mod partikolari, l-effett utli tal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 81(1) jiġu ppreġudikati li kieku ma kienx possibbli għal kull persuna titlob kumpens għad-dannu li jkun ikkawżalha kuntratt jew imġiba li tista’ toħloq restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fil-fatt, dritt bħal dan isaħħaħ in-natura operattiva tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u huwa ta’ natura li jiskoraġġixxi l-ftehim jew il-prattiki, ħafna drabi moħbija, li jistgħu joħolqu restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fid-dawl ta’ dan, il-kawżi għad-danni quddiem il-qrati nazzjonali jistgħu jikkontribwixxu sostanzjalment għaż-żamma ta’ kompetizzjoni effettiva fl-Unjoni.

      Minn dan isegwi li kull persuna għandha d-dritt li titlob kumpens għad-dannu subit meta teżisti rabta kawżali bejn l-imsemmi dannu u akkordju jew prattika pprojbita mill-Artikolu 81 KE. Għalhekk, dan id-dritt japplika wkoll għall-Unjoni.

      (ara l-punti 40-44)

    3.  Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li llum il-ġurnata huwa espress fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-imsemmi Artikolu 47 jiżgura, fid-dritt tal-Unjoni, il-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit fl-imsemmi Artikolu 47 huwa magħmul minn diversi elementi, fosthom, b’mod partikolari, id-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt ta’ aċċess għall-qrati kif ukoll id-dritt li persuna tieħu parir, li jkollha difiża u li tkun irrappreżentata.

      Fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għal qorti, sabiex qorti tista’ tiddeċiedi fuq kontestazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa neċessarju li jkollha ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti għall-każ li hija jkollha quddiemha.

      Fir-rigward tal-prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet, li huwa korollarju tal-istess kunċett ta’ smigħ xieraq, dan jimplika l-obbligu li kull parti tiġi offruta possibbiltà raġonevoli li tippreżenta l-kawża tagħha, inkluż li tipproduċi l-provi tagħha, f’kundizzjonijiet li ma jpoġġuhiex f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ ċar meta mqabbla mal-avversarju tagħha. B’hekk, il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet għandu l-għan li jiżgura bilanċ bejn il-partijiet fil-proċeduri billi jiggarantixxi li kull dokument ippreżentat lill-qorti jista’ jiġi evalwat u kkontestat minn kull parti fil-proċeduri. Għall-kuntrarju, id-dannu maħluq mill-iżbilanċ fil-prinċipju għandu jiġi pprovat minn dak li subieh.

      (ara l-punti 46-49, 71, 72)

    4.  Meta l-qrati nazzjonali jiddeċiedu fuq ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi li fir-rigward tagħhom japplika, b’mod partikolari l-Artikolu 101 TFUE, li huma diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. Dan il-prinċipju japplika wkoll meta titressaq quddiem il-qrati nazzjonali kawża għall-kumpens għad-dannu subit b’riżultat ta’ akkordju jew ta’ prattika li ġiet ikkonstatata kuntrarja għall-Artikolu 101 TFUE permezz ta’ deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni. L-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni hija għaldaqstant ibbażata fuq obbligu ta’ kooperazzjoni leali bejn, minn naħa, il-qrati nazzjonali u, min-naħa l-oħra, rispettivament, il-Kummissjoni u l-qrati tal-Unjoni, li fil-kuntest tiegħu kull waħda taġixxi skont ir-rwol mogħti lilha mit-Trattat.

      B’konsegwenza, ir-regola li skontha l-qrati nazzjonali ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE hija għalhekk, espressjoni speċifika tat-tqassim tal-kompetenzi, fi ħdan l-Unjoni, bejn, minn naħa, il-qrati nazzjonali u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni u l-qrati tal-Unjoni.

      (ara l-punti 50-52, 54)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 53)

    6.  Ir-regola li skontha l-qrati nazzjonali ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE ma timplikax li l-partijiet quddiem qorti nazzjonali huma mċaħħda mid-dritt tagħhom ta’ aċċess għal qorti.

      Fil-fatt, id-dritt tal-Unjoni jipprovdi għal sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri skont l-Artikolu 101 TFUE li toffri l-garanziji kollha meħtieġa mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’hekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista’ tkun soġġetta għal stħarriġ tal-legalità mwettaq mill-qrati tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 263 TFUE.

      Jekk, fl-oqsma li jwasslu għal evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, il-Kummissjoni għandha marġni diskrezzjonali fil-qasam ekonomiku, dan ma jfissirx li l-qorti tal-Unjoni għandha tastjeni milli tistħarreġ l-interpretazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ data ta’ natura ekonomika. Fil-fatt, il-qorti tal-Unjoni għandha, b’mod partikolari, mhux biss tivverifika l-eżattezza materjali tal-provi prodotti, l-affidabbiltà tagħhom u l-konsistenza tagħhom, iżda għandha tistħarreġ ukoll jekk dawn il-provi jikkostitwixxux l-intier tad-data rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk din hijiex ta’ natura li tissostanzja l-konklużjonijiet misluta minnha. Il-Qorti tal-Unjoni għandha wkoll tivverifika ex-officio jekk il-Kummissjoni mmotivatx id-deċiżjoni tagħha u, b’mod partikolari, jekk hija spjegatx il-piż li tat u l-evalwazzjoni li hija għamlet tal-provi meħuda inkunsiderazzjoni. Barra minn hekk, il-qorti tal-Unjoni għandha twettaq l-istħarriġ tal-legalità li hija għandha l-obbligu li twettaq abbażi tal-provi prodotti mir-rikorrent insostenn tal-motivi invokati. Matul dan l-istħarriġ, il-qorti ma tistax tinvoka l-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Kummissjoni għandha la fir-rigward tal-għażla tal-provi meħuda inkunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, u lanqas fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ dawn il-provi sabiex tirrinunzja għall-eżerċizzju ta’ stħarriġ fil-fond kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt. Fl-aħħar nett, l-istħarriġ tal-legalità huwa kkompletat bil-ġurisdizzjoni sħiħa li kienet ġiet irrikonoxxuta lill-qorti tal-Unjoni permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 17 u li issa hija rrikonoxxuta permezz tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE. Din il-ġurisdizzjoni tawtorizza lill-qorti, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ tal-legalità tas-sanzjoni, tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagamenti ta’ penalità imposti.

      B’konsegwenza, l-istħarriġ previst mit-Trattati jimplika għaldaqstant li l-qorti tal-Unjoni teżerċita stħarriġ kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt u li hija għandha s-setgħa li tevalwa l-provi, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u temenda l-ammont tal-multi. Għalhekk, jidher li l-istħarriġ tal-legalità previst fl-Artikolu 263 TFUE, ikkompletat bil-ġurisdizzjoni sħiħa fir-rigward tal-ammont tal-multa, prevista fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, huwa konformi mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

      (ara l-punti 54-57, 59-63)

    7.  L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludix li l-Kummissjoni tressaq, f’isem l-Unjoni, quddiem qorti nazzjonali, kawża għall-kumpens għad-dannu subit mill-Unjoni b’riżultat ta’ akkordju jew ta’ prattika li ġiet ikkonstatata kuntrarja għall-Artikolu 81 KE, jew għall-Artikolu 101 TFUE permezz ta’ deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni.

      Tali azzjoni ċivili għall-kumpens timplika mhux biss il-konstatazzjoni tas-seħħ ta’ fatt dannuż, iżda wkoll l-eżistenza ta’ dannu u ta’ rabta diretta bejnu u bejn l-imsemmi fatt dannuż. Filwaqt li huwa minnu li l-obbligu tal-qorti nazzjonali li ma tiħux deċiżjonijiet li jmorru kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE jimponilha, ċertament, tammetti l-eżistenza ta’ akkordju jew ta’ prattika pprojbita, l-eżistenza ta’ dannu u ta’ rabta kawżali diretta bejn dan id-dannu u l-akkordju jew il-prattika inkwistjoni tibqa’, għall-kuntrarju, suġġetta għall-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali. Fil-fatt, anki meta l-Kummissjoni twasslet tiddetermina l-effetti preċiżi tal-ksur fid-deċiżjoni tagħha, hija dejjem il-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi b’mod individwali d-dannu kkawżat lil kull persuna li tkun ressqet kawża għal kumpens. Evalwazzjoni bħal din ma hijiex kuntrarja għall-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003.

      (ara l-punti 65, 66, 77 u d-dispożittiv 2)

    Top

    Kawża C-199/11

    Europese Gemeenschap

    vs

    Otis NV et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn rechtbank van koophandel te Brussel)

    “Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea quddiem il-qrati nazzjonali — Artikoli 282 KE u 335 TFUE — Talba għad-danni minħabba d-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ akkordju — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal smigħ xieraq — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012

    1. Unjoni Ewropea — Rappreżentanza quddiem il-qrati nazzjonali — Kawża ċivili għall-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ prattika antikompetittiva li tista’ tkun affettwat kuntratti pubbliċi mogħtija fil-passat minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni — Setgħa ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li jkollha mandat għal dan il-għan min-naħa tal-imsemmija istituzzjonijiet jew organi — Assenza

      (Artikoli 81 KE u 282 KE; Artikolu 101 TFUE)

    2. Kompetizzjoni — Akkordji — Projbizzjoni — Dritt li tiġi sostnuta n-nullità ta’ akkordju pprojbit mill-Artikolu 81 KE u li jintalab kumpens għad-dannu subit — Dritt li jappartjeni wkoll lill-Unjoni

      (Artikolu 81 KE)

    3. Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Portata

      (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

    4. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Applikazzjoni mill-qrati nazzjonali — Evalwazzjoni ta’ ftehim jew ta’ prattika li kien diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni — Kundizzjonijiet

      (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 16)

    5. Domandi preliminari — Evalwazzjoni tal-validità — Konstatazzjoni ta’ invalidità — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

      (Artikolu 267 TFUE)

    6. Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Stabbiliment mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni — Stħarriġ tal-legalità u ta’ ġurisdizzjoni sħiħa, kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt — Ksur — Assenza

      (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 17, u Nru 1/2003, Artikolu 31))

    7. Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Stabbiliment mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata prattika antikompetittiva — Kawża għall-kumpens għal danni mressqa mill-Kummissjoni quddiem qorti nazzjonali minħabba dannu subit mill-Unjoni b’riżultat tal-imsemmija prattika antikompetittiva — Obbligu tal-qrati nazzjonali li ma jittieħdux deċiżjonijiet li jmorru kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li jikkonstataw prattika antikompetittiva — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ dannu kkawżat u tar-rabta kawżali — Ksur — Assenza