This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0175
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-175/11
H. I. D. u B. A.
vs
Refugee Applications Commissioner et
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil — Applikazzjoni minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Direttiva 2005/85/KE — Artikolu 23 — Possibbiltà li wieħed jirrikorri għal proċedura ta’ pproċessar prijoritarju tal-applikazzjonijiet għal ażil — Proċedura nazzjonali li tapplika proċedura prijoritarja għall-eżami tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn persuni li jappartjenu għal ċerta kategorija ddefinita fuq il-kriterju tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta’ oriġini — Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva — Artikolu 39 tal-imsemmija direttiva — Il-kunċett ta’ ‘qorti jew tribunal’ fis-sens ta’ dan l-artikolu”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Proċedura ta’ ħruġ u ta’ revoka tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati membri – Direttiva 2005/85 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li tiġi eżaminata applikazzjoni għal ażil fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa jew prijoritarja – Ammissibbiltà – Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Assenza
(Direttiva tal-Kunsill 2005/85, Artikoli 8(2) u 23(3) u (4)
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Rikonoxximent mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikolu 47; Direttiva tal-Kunsill 2005/85, Artikolu 39)
Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Kunċett – “Refugee Appeals Tribunal” (Istanza tal- Appell tad-deċiżjonijiet tal-awtorità Irlandiża responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal ażil) – Inklużjoni
(Artikolu 267 TFUE)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Proċedura ta’ ħruġ u ta’ revoka tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati membri – Direttiva 2005/85 – Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil applikant għal ażil li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli quddiem Istanza tal-Appell bħal Refugee Appeals Tribunal – Istanza suġġetta b’mod residwu, fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, għas-setgħa diskrezzjonali tal-Ministru – Possibbiltà għall-applikant għal ażil li jippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-Istanza tal-Appell quddiem qorti nazzjonali superjuri, kif ukoll li jikkontesta l-validità tad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli direttament quddiem din tal-aħħar – Possibbiltà li jiġi ppreżentat appell mid-deċiżjonijiet tal-qorti superjuri – Ammissibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-effettività tar-rikors li jiddependi fuq is-sistema amministrattiva u ġudizzjarja ta’ kull Stat Membru kkunsidrata fit-totalità tagħha
(Direttiva tal-Kunsill 2005/85, Artikolu 39)
L-Artikolu 23(3) u (4) tad-Direttiva 2005/85, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jissottometti għal proċedura prijoritarja jew imħaffa l-eżami, fl-osservanza tal-prinċipji bażiċi u tal-garanziji fundamentali msemmija fil-Kapitolu II tal-istess direttiva, ta’ ċerti kategoriji ta’ applikazzjonijiet għal ażil iddefiniti fuq il-kriterju tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant.
Fil-fatt, l-Istati Membri jibbenefikaw minn marġni ta’ diskrezzjoni għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/85 billi jieħdu inkunsiderazzjoni aspetti speċifiċi tad-dritt nazzjonali tagħhom inklużi għall-implementazzjoni tal-proċedura ta’ għoti u ta’ rtirar tal-istatus ta’ Refuġjat. Minn naħa, skont l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva l-Istati Membri jistgħu jipprijoritizzaw jew iħaffu kull eżami, anki fejn din l-applikazzjoni jista’ jkollha bażi suffiċjenti jew fejn l-applikant ikollu bżonnijiet speċjali. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 23(4), l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-proċedura prijoritarja jew imħaffa fuq il-bażi ta’ ħmistax-il raġuni speċifiċi li jiġġustifikaw l-implementazzjoni ta’ tali proċedura. Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-elenku tal-applikazzjonijiet li jista’ jkun is-suġġett ta’ eżami prijoritarju jew imħaffa huwa indikattiv u mhux eżawrjenti u li l-Istati Membri jistgħu għalhekk jiddeċiedu li jeżaminaw bi prijorità jew skont proċedura mħaffa l-applikazzjonijiet li ma jaqgħu taħt ebda waħda mill-kategoriji elenkati fl-imsemmi paragrafu 4, bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-prinċipji u l-garanziji bażiċi msemmija fil-Kapitolu II ta’ din id-direttiva.
Inkwantu għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, fis-sistema stabbilita mid-Direttiva, il-pajjiż tal-oriġini u n-nazzjonalità tal-applikant għandhom rwol determinanti. Fil-fatt, mill-Artikolu 8(2)(b) ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant jinfluwenza d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti, minħabba li din tal-aħħar hija obbligata li tinforma ruħha fuq is-sitwazzjoni ġenerali li teżisti f’dan il-pajjiż sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza jew le ta’ perikolu għall-applikant għal ażil u, jekk ikun il-każ, ta’ ħtieġa ta’ protezzjoni internazzjonali ta’ dan tal-aħħar.
Madankollu, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni bejn l-applikanti għal ażil ta’ pajjiż terz speċifiku li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu s-suġġett ta’ proċedura ta’ eżami prijoritarja u dawk taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu eżaminati skont il-proċedura normali, din il-proċedura prijoritarja ma għandhiex tneħħi mill-applikanti li jaqgħu fl-ewwel kategorija l-garanziji meħtieġa mill-Artikolu 23 tad-Direttiva 2005/85, li japplikaw għal kull forma ta’ proċedura.
(ara l-punti 63, 64, 67, 69-71, 73, 74, 77, dispożittiv 1)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 80)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 83, 88, 95-97, 105)
L-Artikolu 39 tad-Direttiva 2005/85, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil applikant għal ażil jew li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti quddiem qorti jew tribunal bħal dak tar-Refugee Appeals Tribunal u li jappella mid-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar quddiem qorti superjuri, jew li jikkontesta l-validità tad-deċiżjoni ta’ din l-istess awtorità quddiem din il-qorti superjuri, li s-sentenzi tagħha jistgħu jkunu s-suġġett ta’ appell quddiem il-qorti suprema tal-Istat Membru kkonċernat.
(ara l-punti 98, 105 u d-dispożittiv 2)
Kawża C-175/11
H. I. D. u B. A.
vs
Refugee Applications Commissioner et
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil — Applikazzjoni minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Direttiva 2005/85/KE — Artikolu 23 — Possibbiltà li wieħed jirrikorri għal proċedura ta’ pproċessar prijoritarju tal-applikazzjonijiet għal ażil — Proċedura nazzjonali li tapplika proċedura prijoritarja għall-eżami tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn persuni li jappartjenu għal ċerta kategorija ddefinita fuq il-kriterju tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta’ oriġini — Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva — Artikolu 39 tal-imsemmija direttiva — Il-kunċett ta’ ‘qorti jew tribunal’ fis-sens ta’ dan l-artikolu”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-ażil — Proċedura ta’ ħruġ u ta’ revoka tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati membri — Direttiva 2005/85 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li tiġi eżaminata applikazzjoni għal ażil fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa jew prijoritarja — Ammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Assenza
(Direttiva tal-Kunsill 2005/85, Artikoli 8(2) u 23(3) u (4)
Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Rikonoxximent mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikolu 47; Direttiva tal-Kunsill 2005/85, Artikolu 39)
Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Kunċett — “Refugee Appeals Tribunal” (Istanza tal- Appell tad-deċiżjonijiet tal-awtorità Irlandiża responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal ażil) — Inklużjoni
(Artikolu 267 TFUE)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-ażil — Proċedura ta’ ħruġ u ta’ revoka tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati membri — Direttiva 2005/85 — Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil applikant għal ażil li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli quddiem Istanza tal-Appell bħal Refugee Appeals Tribunal — Istanza suġġetta b’mod residwu, fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, għas-setgħa diskrezzjonali tal-Ministru — Possibbiltà għall-applikant għal ażil li jippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-Istanza tal-Appell quddiem qorti nazzjonali superjuri, kif ukoll li jikkontesta l-validità tad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli direttament quddiem din tal-aħħar — Possibbiltà li jiġi ppreżentat appell mid-deċiżjonijiet tal-qorti superjuri — Ammissibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-effettività tar-rikors li jiddependi fuq is-sistema amministrattiva u ġudizzjarja ta’ kull Stat Membru kkunsidrata fit-totalità tagħha