Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62011CJ0171
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-171/11
Fra.bo SpA
vs
Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf)
“Moviment liberu tal-merkanzija — Miżuri ta’ effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva — Proċedura nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni — Preżunzjoni ta’ konformità mad-dritt nazzjonali — Applikabbiltà tal-Artikolu 28 KE għal organu privat ta’ ċertifikazzjoni”
Sommarju tas-sentenza
Moviment liberu tal-merkanzija – Restrizzjonijiet kwantitattivi – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti – Kamp ta’ applikazzjoni – Preżunzjoni ta’ konformità mad-dritt nazzjonali – Attività ta’ standardizzazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni eżerċitata minn korp privat – Inklużjoni
(Artikolu 28 KE)
L-Artikolu 28 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni ta’ korp privat, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkunsdira li l-prodotti ċċertifikati minn dan l-organu huma konformi mad-dritt nazzjonali u li dan ikollu bħala effett li jostakola l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li ma humiex iċċertifikati mill-imsemmi korp. Dan huwa l-każ jekk il-korp jirrappreżenta, għal ċerti prodotti, l-unika possibbiltà li tinkiseb ċertifikazzjoni ta’ konformità u jekk ikollu, minħabba l-awtorità tiegħu ta’ ċertifikazzjoni, is-setgħa li jirregola d-dħul fis-suq ta’ dawn il-prodotti.
(ara l-punti 28, 31, 32 u d-dispożittiv)
Kawża C-171/11
Fra.bo SpA
vs
Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf)
“Moviment liberu tal-merkanzija — Miżuri ta’ effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva — Proċedura nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni — Preżunzjoni ta’ konformità mad-dritt nazzjonali — Applikabbiltà tal-Artikolu 28 KE għal organu privat ta’ ċertifikazzjoni”
Sommarju tas-sentenza
Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Kamp ta’ applikazzjoni — Preżunzjoni ta’ konformità mad-dritt nazzjonali — Attività ta’ standardizzazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni eżerċitata minn korp privat — Inklużjoni