EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0153

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-153/11

Klub OOD

vs

Direktor na Direktsia „Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna)

“VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 168 — Dritt għal tnaqqis — Tnissil ta’ dritt għal tnaqqis — Dritt għal kumpannija li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa għax-xiri ta’ investiment li għadu mhux qed jiġi operat fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali ta’ din il-kumpannija”

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Investiment assenjat kollu kemm hu fil-patrimonju tal-impriża — Dritt għal tnaqqis — Kundizzjonijiet

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 168(a))

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli li xtrat investiment filwaqt li taġixxi bħala tali u assenjatu fil-patrimonju tal-impriża għandha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq ix-xiri ta’ dan il-beni matul il-perijodu fiskali li fih it-taxxa tkun saret dovuta, irrispettivament minn jekk dan il-beni huwiex immedjatament użat għal għanijiet professjonali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk il-persuna taxxabbli xtratx l-investiment għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika tagħha u li tevalwa, skont il-każ, l-eżistenza ta’ prattika frawdolenti.

Il-kwistjoni dwar jekk il-persuna taxxabbli taġixxix inkwantu tali hija kwistjoni ta’ fatt li għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-informazzjoni kollha tal-każ, fejn fost din hemm in-natura tal-beni msemmi u l-perijodu li jkun għadda bejn ix-xiri tiegħu u l-użu tiegħu għall-għanijiet tal-attivitajiet ekonomiċi ta’ din il-persuna taxxabbli. Jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-punt jekk il-passi attivi, sabiex jitwettaq l-iżvilupp u li jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għall-użu professjonali tal-beni, kinux ittieħdu.

(ara l-punti 41, 52 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C-153/11

Klub OOD

vs

Direktor na Direktsia „Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna)

“VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 168 — Dritt għal tnaqqis — Tnissil ta’ dritt għal tnaqqis — Dritt għal kumpannija li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa għax-xiri ta’ investiment li għadu mhux qed jiġi operat fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali ta’ din il-kumpannija”

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Investiment assenjat kollu kemm hu fil-patrimonju tal-impriża – Dritt għal tnaqqis – Kundizzjonijiet