This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0098
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-98/11 P
Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG
vs
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
“Appell — Trade mark Komunitarja — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Sinjal tridimensjonali li huwa kkostitwit minn forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra”
Sommarju tas-sentenza
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv fil-Komunità kollha
(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3))
Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, ir-raġuni assoluta għal rifjut prevista fl-Artikolu 7(1)(b) tal-istess regolament ma tipprekludux ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark jekk hija tkun kisbet karattru distintiv, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom tkun qiegħda tintalab ir-reġistrazzjoni, minħabba l-użu li jkun sar minnha.
Trade mark tista’ tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 7(3) tal-imsemmi regolament Nru 207/2009 biss jekk titressaq il-prova li din tkun kisbet, permezz tal-użu li jkun sar minnha, karattru distintiv fil-parti tal-Unjoni li fiha ma kellhiex ab initio tali karattru.
Meta ma jkunx stabbilit li l-imsemmija trade mark li qed tintalab ir-reġistrazzjoni kellha karattru distintiv intrinsku u li din il-konstatazzjoni kienet tiswa għat-territorju kollu tal-Unjoni, l-imsemmija trade mark kellha takkwista karattru distintiv bl-użu fl-Unjoni kollha.
Anki jekk huwa minnu li l-kisba, minn trade mark, ta’ karattru distintiv bl-użu għandha tiġi pprovata għal dik il-parti tal-Unjoni li fiha din it-trade mark ma kellhiex ab initio dan il-karattru, ikun eċċessiv li jintalab li l-prova ta’ tali kisba tiġi prodotta għal kull Stat Membru meħud individwalment.
(ara l-punti 59-62)
Kawża C-98/11 P
Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG
vs
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
“Appell — Trade mark Komunitarja — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Sinjal tridimensjonali li huwa kkostitwit minn forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra”
Sommarju tas-sentenza
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv fil-Komunità kollha