Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0073

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-73/11 P

    Frucona Košice a.s.

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Għajnuna mill-Istat — Annullament ta’ 65 % ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kriterju ta’ kreditur privat — Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju — Sostituzzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-motivi tagħha għal dawk li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żnaturament tal-provi”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Jannar 2013

    1. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Intervent li għandu bħala effett li jnaqqas il-piż tal-ispejjeż ta’ impriża – Inklużjoni

      (Artikolu107(1) TFUE)

    2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Maħfra ta’ dejn mogħtija minn organi pubbliċi lil impriża fid-diffikultà – Impriża suġġetta għal proċedura ta’ arranġament – Applikazzjoni tal-kriterju ta’ kreditur privat – Teħid inkunsiderazzjoni tat-tul tal-proċedura ta’ stralċ ġudizzjarju

      (Artikolu 107 TFUE)

    3. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Kriterju ta’ kreditur privat – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

      (Artikolu107(1) TFUE)

    4. Rikors għal annullament – Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni – Interpretazzjoni tal-motivazzjoni ta’ att amministrattiv – Limiti

      (Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 68, 69)

    2.  L-għoti minn kreditur pubbliku ta’ faċilitajiet ta’ ħlas lil impriża għal dejn li huwa dovut lilu minnha ma jaqax taħt il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE jekk l-impriża benefiċjarja tista’ tikseb l-istess vantaġġ bħal dak li sar disponibbli għaliha permezz ta’ riżorsi tal-Istat f’ċirkustanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq. Dan il-kriterju ta’ evalwazzjoni ta’ kreditur privat, meta jkun applikabbli, jinsab fost l-elementi li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ tali għajnuna. Għaldaqstant huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq evalwazzjoni globali filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe element rilevanti f’dan il-każ li jippermettilha tiddetermina jekk l-impriża benefiċjarja kinitx tikseb, manifestament, faċilitajiet paragunabbli minn tali kreditur privat. F’dan ir-rigward, għandha titqies bħala rilevanti l-informazzjoni kollha li tista’ tinfluwenza, b’mod mhux negliġibbli, il-proċess deċiżjonali ta’ kreditur privat, prudenti u diliġenti b’mod normali, li jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-kreditur pubbliku u li jipprova jikseb il-ħlas ta’ somom dovuti lilu minn debitur li għandu diffikultajiet sabiex iħallas.

      Fil-każ ta’ evalwazzjoni relattiva għall-miżura li tannulla dejn fiskali ta’ impriża suġġetta għal proċedura ta’ arranġament, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li kreditur privat, prudenti u diliġenti b’mod normali, li jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-awtorità fiskali lokali għandu jagħżel, sabiex jikseb il-ħlas tas-somom dovuti lilu, b’mod partikolari, bejn il-proposta ta’ arranġament u l-istralċ ġudizzjarju tal-kumpannija rikorrenti. Minn dan isegwi li, sabiex tiġi identifikata l-iktar alternattiva vantaġġuża bejn iż-żewġ proċeduri, tali kreditur għandu jevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull waħda minn dawn il-proċeduri. Issa, peress li l-proċeduri ta’ arranġament u ta’ stralċ ġudizzjarju jipposponu l-irkupru tas-somom dovuti u jistgħu għalhekk jaffettwaw il-valur tagħhom, huma jikkostitwixxu elementi li jistgħu jinfluwenzaw, b’mod mhux negliġibbli, il-proċess deċiżjonali tal-imsemmi kreditur privat.

      Konsegwentement, fl-evalwazzjoni tagħha ta’ tali miżuri, huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni, fid-dawl tal-kriterju tal-kreditur privat, l-informazzjoni disponibbli dwar, b’mod partikolari, it-tul ta’ proċedura ta’ stralċ ġudizzjarju.

      (ara l-punti 70, 71, 73, 78-82, 86, 100)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 74-76)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 87-90)

    Top

    Kawża C-73/11 P

    Frucona Košice a.s.

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Għajnuna mill-Istat — Annullament ta’ 65 % ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kriterju ta’ kreditur privat — Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju — Sostituzzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-motivi tagħha għal dawk li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żnaturament tal-provi”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Jannar 2013

    1. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Intervent li għandu bħala effett li jnaqqas il-piż tal-ispejjeż ta’ impriża — Inklużjoni

      (Artikolu107(1) TFUE)

    2. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Maħfra ta’ dejn mogħtija minn organi pubbliċi lil impriża fid-diffikultà — Impriża suġġetta għal proċedura ta’ arranġament — Applikazzjoni tal-kriterju ta’ kreditur privat — Teħid inkunsiderazzjoni tat-tul tal-proċedura ta’ stralċ ġudizzjarju

      (Artikolu 107 TFUE)

    3. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Kriterju ta’ kreditur privat — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

      (Artikolu107(1) TFUE)

    4. Rikors għal annullament — Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni — Interpretazzjoni tal-motivazzjoni ta’ att amministrattiv — Limiti