Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0068

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-68/11

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Ir-Repubblika Taljana

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/30/KE — Kontroll tat-tniġġis — Valuri limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012

    1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors promotur – Espożizzjoni tal-ilmenti u l-motivi – Rekwiżiti proċedurali – Formulazzjoni mhux ekwivoka – Kundizzjoni ta’ ammissibbiltà ta’ ordni pubbliku

      (Artikolu 258 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(ċ))

    2. Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 1999/30 – Obbligu li jiġu adottati l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata l-assenza ta’ qbiż tal-valuri limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ PM10 – Qbiż tal-valuri limitu ta’ kuljum – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

      (Direttiva 1999/30, Artikolu 5(1))

    3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Natura oġġettiva – Raġuni għan-nuqqas – Assenza ta’ effett

      (Artikolu 258 TFUE)

    4. Stati Membri – Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni – Forza maġġuri – Kundizzjonijiet

      (Artikolu 258 TFUE)

    1.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżamina ex officio jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 258 TFUE għall-preżentata ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kinux ġew sodisfatti.

      F’dan ir-rigward, kif jirriżulta fil-fatt mill-Artikolu 38(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja kull rikors promotur għandu jindika s-suġġett tal-kawża u għandu jagħti sunt tal-motivi u din l-indikazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed sabiex tippermetti lill-konvenut jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha. Minn dan jirriżulta li l-elementi essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li huwa bbażat fuqhom ir-rikors għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u li jistgħu jinftiehmu mit-test tar-rikors innifsu u li t-talbiet ta’ dan ir-rikors għandhom jiġu fformulati b’mod mhux ekwivoku sabiex jiġi evitat li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi ultra petita jew li tonqos milli tiddeċiedi fuq ilment.

      Fir-rigward ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, l-assenza ta’ indikazzjoni ta’ element indispensabbli fil-kontenut tar-rikors promotur, bħal, skont il-każ, il-perijodu li matulu l-Istat Membru jkun kiser, skont l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni, id-dritt tal-Unjoni, ma jissodisfax l-eżiġenzi ta’ koerenza, ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni. F’tali każ, il-Kummissjoni ma tistax tillimita ruħha sabiex tallega li dan huwa nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu attwali u li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun dwar il-preżent u mhux il-passat, mingħajr madankollu ma tippreċiża l-perijodu kkunsidrat.

      (ara l-punti 49-54)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 55-67)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 62, 63)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 64)

    Top

    Kawża C-68/11

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Ir-Repubblika Taljana

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/30/KE — Kontroll tat-tniġġis — Valuri limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012

    1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Rikors promotur — Espożizzjoni tal-ilmenti u l-motivi — Rekwiżiti proċedurali — Formulazzjoni mhux ekwivoka — Kundizzjoni ta’ ammissibbiltà ta’ ordni pubbliku

      (Artikolu 258 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(ċ))

    2. Ambjent — Tniġġis atmosferiku — Direttiva 1999/30 — Obbligu li jiġu adottati l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata l-assenza ta’ qbiż tal-valuri limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ PM10 — Qbiż tal-valuri limitu ta’ kuljum — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

      (Direttiva 1999/30, Artikolu 5(1))

    3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Natura oġġettiva — Raġuni għan-nuqqas — Assenza ta’ effett

      (Artikolu 258 TFUE)

    4. Stati Membri — Obbligi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni — Forza maġġuri — Kundizzjonijiet