EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0059

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-59/11

Association Kokopelli

vs

Graines Baumaux SAS

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Nancy)

“Agrikoltura — Direttivi 98/95/KE, 2002/53/KE, 2002/55/KE u 2009/145/KE — Validità — Ħxejjex — Bejgħ, fis-suq nazzjonali taż-żrieragħ, ta’ żrieragħ tal-ħaxix li ma jinsabux fil-katalgu komuni uffiċjali tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ ħxejjex — Nuqqas ta’ osservanza tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tqegħid fis-suq — Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Libertà ta’ impriża — Moviment liberu tal-merkanzija — Ugwaljanza fit-trattament”

Sommarju tas-sentenza

  1. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Evalwazzjoni tan-neċessità tad-domandi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Domandi ġenerali jew ipotetiċi – Inammissibbiltà

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Atti ta’ portata ġenerali – Neċessità għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li ma jistgħux jattakkaw direttament dawn l-atti, li jirrikorru għall-eċċezzjoni ta’ illegalità jew għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità

    (Artikoli 263(4) TFUE u 277 TFUE)

  3. Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Għanijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ interessi oħrajn preżenti, minbarra l-għan prinċipali mfittex – Direttivi 2002/55 u 2009/145 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ – Osservanza tal-imsemmi prinċipju – Ksur tad-dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika – Esklużjoni

    (Artikoli 40 TFUE u 43 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2002/55; Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145)

  4. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Kunċett – Direttivi 2002/55 u 2009/145 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ – Differenza fit-trattament bejn iż-żrieragħ ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni u ż-żrieragħ standard li jistgħu jiġu inklużi fil-katalgi uffiċjali – Żrieragħ li għandhom karatteristiċi differenti – Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill 2002/55; Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145)

  5. Moviment liberu tal-merkanzija – Restrizzjonijiet kwantitattivi – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti – Artikolu 34 TFUE – Kamp ta’ applikazzjoni – Miżuri li joriġinaw mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Inklużjoni – Direttivi 2002/55 u 2009/145 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ – Miżuri li jinkoraġġixxu l-moviment liberu tal-merkanzija

    (Artikolu 34 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2002/55; Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145)

  6. Ftehim internazzjonali – Ftehim tal-Unjoni – Effetti ta’ ftehim fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fl-assenza ta’ dispożizzjoni espressa tagħha li tipprevedihom – Eżami tal-validità ta’ att tal-Unjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi ftehim – Kundizzjonijiet – Ksur tat-Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura mid-Direttivi 2002/55 u 2009/145 – Esklużjoni – Assenza ta’ dispożizzjonijiet fl-imsemmi trattat li huma inkundizzjonati u ċari biżżejjed sabiex tiġi kkontestata l-validità ta’ dawn id-direttivi

    (Artikoli 216(2) TFUE u 267 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2002/55; Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 28, 29)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 34, 35)

  3.  Fil-qasam tal-politika agrikola komuni, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa li tikkorrispondi għar-responsabbiltajiet politiċi li jattribwixxulu l-Artikoli 40 TFUE u 43 TFUE b’tali mod li huwa biss fil-każ li miżura adottata f’dan il-qasam tkun manifestament mhux xierqa, fid-dawl tal-għan li jkollha l-istituzzjoni kompetenti, li l-legalità ta’ tali miżura tista’ tiġi affettwata.

    Madankollu, għalkemm l-importanza tal-għanijiet imfittxija tista’ tiġġustifika r-restrizzjonijiet li għandhom konsegwenzi negattivi, anki kunsiderevoli, għal ċerti operaturi ekonomiċi, għandu jiġi vverifikat li, fil-kuntest tal-eżami tar-restrizzjonijiet konnessi ma’ diversi miżuri possibbli, il-leġiżlatur tal-Unjoni jkun ikkunsidra għalkollox l-interessi preżenti apparti l-għanijiet prinċipali mfittxija.

    Dan huwa l-każ tad-Direttivi 2002/145/KE, dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex, u 2009/145, li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikolari) u varjetajiet ta’ ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikolari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet ta’ ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikolari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet. Fil-fatt, mill-premessi 2 sa 4 tad-Direttiva 2002/55 jirriżulta li l-għan primarju tar-regoli relattivi għall-ammissjoni taż-żrieragħ ta’ varjetajiet ta’ ħxejjex jikkonsisti fit-titjib tal-produttività tal-kultivazzjoni ta’ ħxejjex fl-Unjoni. L-istabbiliment ta’ katalgu komuni tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ ħxejjex fuq il-bażi ta’ katalgi nazzjonali, kif previst minn din id-direttiva jidher tali li jiggarantixxi l-imsemmi għan.

    Id-Direttiva 2002/55 għandha l-għan ukoll li tistabbilixxi s-suq intern taż-żrieragħ ta’ ħxejjex billi tiżgura l-moviment liberu tagħhom fl-Unjoni. F’dan il-każ, is-sistema ta’ approvazzjoni prevista minn din id-direttiva hija tali li tikkontribwixxi sabiex dan l-għan jintlaħaq, peress li tali sistema tiżgura li ż-żrieragħ ikkummerċjalizzati fid-diversi Stati Membri jissodisfaw l-istess rekwiżiti.

    Fl-aħħar nett, kif jirriżulta mill-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2002/55, din għandha l-għan ta’ konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti. F’dan ir-rigward, sa fejn l-Istati Membri jistgħu jitbiegħdu mill-kriterji ta’ aċċettazzjoni msemmija minnha skont is-sistema ta’ approvazzjoni derogatorja implementata mid-Direttiva 2009/145, li tapplika għal ċerti kategoriji ta’ żrieragħ, din is-sistema tidher tali li tiżgura wkoll l-imsemmi għan.

    Miżura inqas restrittiva, bħall-ittikkettjar, ma tikkostitwixxix miżura daqstant effettiva sabiex tiggarantixxi dawn l-għanijiet peress li tippermetti l-bejgħ u, konsegwentement, iż-żrigħ ta’ żrieragħ li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ ħsara jew li ma jippermettux l-aħjar produzzjoni agrikola. Minn dan isegwi li l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tistax titqies bħala manifestament mhux xierqa fid-dawl tal-imsemmija għanijiet.

    Fid-dawl tan-natura xierqa tagħha, l-ostakolu għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika li jikkostitwixxu l-miżuri previsti minn din il-leġiżlazzjoni ma jistgħux jitqiesu, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija, bħala li jwasslu għal preġudizzju eċċessiv għad-dritt għall-eżerċizzju ta’ din il-libertà.

    (ara l-punti 39, 40, 43, 44, 47-49, 60, 79)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 70, 72-76)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 80, 81)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 84-89)

Top

Kawża C-59/11

Association Kokopelli

vs

Graines Baumaux SAS

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Nancy)

“Agrikoltura — Direttivi 98/95/KE, 2002/53/KE, 2002/55/KE u 2009/145/KE — Validità — Ħxejjex — Bejgħ, fis-suq nazzjonali taż-żrieragħ, ta’ żrieragħ tal-ħaxix li ma jinsabux fil-katalgu komuni uffiċjali tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ ħxejjex — Nuqqas ta’ osservanza tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tqegħid fis-suq — Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Libertà ta’ impriża — Moviment liberu tal-merkanzija — Ugwaljanza fit-trattament”

Sommarju tas-sentenza

  1. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Evalwazzjoni tan-neċessità tad-domandi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Domandi ġenerali jew ipotetiċi — Inammissibbiltà

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Atti ta’ portata ġenerali — Neċessità għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li ma jistgħux jattakkaw direttament dawn l-atti, li jirrikorru għall-eċċezzjoni ta’ illegalità jew għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità

    (Artikoli 263(4) TFUE u 277 TFUE)

  3. Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Għanijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ interessi oħrajn preżenti, minbarra l-għan prinċipali mfittex — Direttivi 2002/55 u 2009/145 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ — Osservanza tal-imsemmi prinċipju — Ksur tad-dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika — Esklużjoni

    (Artikoli 40 TFUE u 43 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2002/55; Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145)

  4. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Ugwaljanza fit-trattament — Kunċett — Direttivi 2002/55 u 2009/145 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ — Differenza fit-trattament bejn iż-żrieragħ ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni u ż-żrieragħ standard li jistgħu jiġu inklużi fil-katalgi uffiċjali — Żrieragħ li għandhom karatteristiċi differenti — Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill 2002/55; Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145)

  5. Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Artikolu 34 TFUE — Kamp ta’ applikazzjoni — Miżuri li joriġinaw mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Inklużjoni — Direttivi 2002/55 u 2009/145 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ — Miżuri li jinkoraġġixxu l-moviment liberu tal-merkanzija

    (Artikolu 34 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2002/55; Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145)

  6. Ftehim internazzjonali — Ftehim tal-Unjoni — Effetti ta’ ftehim fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fl-assenza ta’ dispożizzjoni espressa tagħha li tipprevedihom — Eżami tal-validità ta’ att tal-Unjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi ftehim — Kundizzjonijiet — Ksur tat-Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura mid-Direttivi 2002/55 u 2009/145 — Esklużjoni — Assenza ta’ dispożizzjonijiet fl-imsemmi trattat li huma inkundizzjonati u ċari biżżejjed sabiex tiġi kkontestata l-validità ta’ dawn id-direttivi