Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0049

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-49/11

    Content Services Ltd

    vs

    Bundesarbeitskammer

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 97/7/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratti li jsiru mill-bogħod — Informazzjoni tal-konsumatur — Informazzjoni pprovduta jew riċevuta — Medium li jservi — Kunċett — Hyperlink fuq is-sit internet tal-fornitur — Dritt ta’ rtirar”

    Sommarju tas-sentenza

    Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti li jsiru mill-bogħod – Direttiva 97/7 – Obbligu tal-bejjiegħ li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti lill-konsumatur bil-miktub jew fuq medium ieħor li jservi – Portata – Prattika kummerċjali li tirrendi aċċessibbli l-informazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni unikament permezz ta’ hyperlink fuq is-sit internet tal-bejjiegħ – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/7, Artikolu 5(1))

    L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 97/7, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, għandu jiġi interpretat fis-sens li prattika kummerċjali li tirrendi aċċessibbli l-informazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni unikament permezz ta’ hyperlink fuq is-sit internet tal-impriża kkonċernata ma tissodisfax l-eżiġenzi tal-imsemmija dispożizzjoni, u dan peress li din l-informazzjoni la hija “pprovduta” minn din l-impriża u lanqas “riċevuta” mill-konsumatur, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, u li sit internet ma jistax jitqies bħala “medium [...] li jservi” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 5(1).

    Fil-fatt, skont dak l-artikolu, il-konsumatur għandu jirċievi l-konferma tal-imsemmija informazzjoni, mingħajr ma jkun meħtieġ aġir attiv min-naħa tiegħu. Barra minn hekk, sabiex sit internet jitqies bħala medium li jservi, huwa għandu jiggarantixxi lill-konsumatur, b’mod analogu għall-karta, il-pussess tal-informazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni sabiex jippermettilu li, jekk ikun il-każ, jasserixxi d-drittijiet tiegħu. F’dan ir-rigward, dan għandu jippermetti lill-konsumatur li jaħżen l-imsemmija informazzjoni li tkun indirizzata lilu personalment, jiggarantixxi li ma jkunx hemm alterazzjoni fil-kontenut tagħha kif ukoll jiggarantixxi l-aċċess għaliha għal żmien xieraq, u joffri lill-konsumatur il-possibbiltà li jirriproduċiha mhux mibdula.

    (ara l-punti 35, 42, 43, 50, 51 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C-49/11

    Content Services Ltd

    vs

    Bundesarbeitskammer

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 97/7/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratti li jsiru mill-bogħod — Informazzjoni tal-konsumatur — Informazzjoni pprovduta jew riċevuta — Medium li jservi — Kunċett — Hyperlink fuq is-sit internet tal-fornitur — Dritt ta’ rtirar”

    Sommarju tas-sentenza

    Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratti li jsiru mill-bogħod — Direttiva 97/7 — Obbligu tal-bejjiegħ li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti lill-konsumatur bil-miktub jew fuq medium ieħor li jservi — Portata — Prattika kummerċjali li tirrendi aċċessibbli l-informazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni unikament permezz ta’ hyperlink fuq is-sit internet tal-bejjiegħ — Inammissibbiltà