Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0041

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-41/11

    Inter-Environnement Wallonie ASBL u Terre wallonne ASBL

    vs

    Région wallonne

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju))

    “Protezzjoni tal-ambjent — Direttiva 2011/42/KE — Artikoli 2 u 3 — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Pjan jew programm — Nuqqas ta’ evalwazzjoni preliminari tal-ambjent — Annullament ta’ pjan jew programm — Possibbiltà li jinżammu l-effetti tal-pjan jew programm — Kundizzjonijiet”

    Sommarju tas-sentenza

    Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent – Direttiva 2001/42 – Pjan u programm – Assenza ta’ evalwazzjoni preliminari tal-ambjent – Annullament ta’ pjan jew programm – Possibbiltà li jinżammu l-effetti tal-pjan jew programm – Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/42, Artikolu 2(a) u 3(2)(a); Direttivi tal-Kunsill, Annessi I u II, u 91/676, Artikolu 5(1), u Anness III)

    Meta qorti nazzjonali tiġi adita, fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali tagħha, b’rikors intiż għall-annullament ta’ att nazzjonali li jikkostitwixxi “pjan” jew “programm” fis-sens tad-Direttiva 2001/42, dwar l-istima [evalwazzjoni] tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, u li tikkonstata li tali pjan jew programm ġie adottat bi ksur tal-obbligu previst b’din id-direttiva li jistabbilixxi l-ħtieġa li ssir evalwazzjoni ambjentali preliminari, din il-qorti għandha tadotta l-miżuri kollha ġenerali jew partikolari previsti fid-dritt nazzjonali tagħha sabiex tipprovdi rimedju għan-nuqqas ta’ tali evalwazzjoni, inkluż l-eventwali sospensjoni jew annullament tal-pjan jew programm ikkontestat.

    Madankollu, fid-dawl tal-fatti speċifiċi tal-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tista’ eċċezzjonalment tiġi awtorizzata tuża d-dispożizzjoni nazzjonali tagħha li tagħtiha s-setgħa żżomm ċerti effetti ta’ att nazzjonali annullat kemm-il darba:

    dan l-att nazzjonali jikkostitwixxi miżura ta’ traspożizzjoni korretta tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli;

    l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-att nazzjonali ġdid li jinkludi l-programm ta’ azzjoni fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva ma jkunux jippermettu li jiġu evitati l-effetti dannużi fuq l-ambjent li jirriżultaw mill-annullament tal-att ikkontestat;

    l-annullament ta’ dan l-att ikkontestat ikollu bħala konsegwenza li joħloq lakuna legali fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 91/676 li tkun ta’ dannu ikbar għall-ambjent fis-sens li dan l-annullament iwassal biex tonqos il-protezzjoni mogħtija lill-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli u b’hekk imur kontra l-għan essenzjali ta’ din id-direttiva; u

    iż-żamma eċċezzjonali tal-effetti ta’ tali att tkun tkopri biss il-perijodu ta’ żmien strettament meħtieġ għall-adozzjoni tal-miżuri li jippermettu li tiġi rrimedjata l-irregolarità kkonstatata.

    (ara l-punt 63 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C-41/11

    Inter-Environnement Wallonie ASBL u Terre wallonne ASBL

    vs

    Région wallonne

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju))

    “Protezzjoni tal-ambjent — Direttiva 2011/42/KE — Artikoli 2 u 3 — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Pjan jew programm — Nuqqas ta’ evalwazzjoni preliminari tal-ambjent — Annullament ta’ pjan jew programm — Possibbiltà li jinżammu l-effetti tal-pjan jew programm — Kundizzjonijiet”

    Sommarju tas-sentenza

    Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Direttiva 2001/42 — Pjan u programm — Assenza ta’ evalwazzjoni preliminari tal-ambjent — Annullament ta’ pjan jew programm — Possibbiltà li jinżammu l-effetti tal-pjan jew programm — Kundizzjonijiet