This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0024
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-24/11 P
Ir-Renju ta’ Spanja
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell — FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Infiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja — Għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa”
Sommarju tas-sentenza
Agrikoltura – FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Tfassil tad-deċiżjonijiet – Komunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tar-riżultati tal-kontrolli tagħha – Kontenut – Kundizzjonijiet – Nuqqas ta’ osservanza – Effett
(Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c), u Nru 1258/1999, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1))
Agrikoltura – FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Limitazzjoni tar-rifjut ta’ finanzjament – Terminu ta’ erbgħa u għoxrin xahar – Bidu tad-dekorrenza – Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tar-riżultati tal-kontrolli
(Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c), u Nru 2261/84, Artikolu 12, u Nru 1258/1999, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2366/98, Artikolu 16)
Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1663/95, li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament Nru 729/70 li jirrigwardja l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEEG, il-Kummissjoni għandha, fi tmiem investigazzjoni u fil-każ li tikkunsidra li l-infiq ma sarx b’mod konformi mar-regoli tal-Unjoni, tikkomunika r-riżultati tal-kontrolli tagħha lill-Istat Membru kkonċernat u għandha tindika l-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu sabiex tkun iggarantita l-osservanza ta’ dawn ir-regoli fil-futur. Din id-dispożizzjoni teżiġi li l-irregolarità kkonstatata fil-konfront tal-Istat Membru kkonċernat tkun indikata b’mod suffiċjentement preċiż fil-komunikazzjoni bil-miktub prevista fl-ewwel subparagrafu tagħha, b’tali mod li dan l-Istat ikun jista’ jkollu għarfien perfett tagħha. In-nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-kundizzjoni iġġib fix-xejn l-essenzjal tal-garanzija proċedurali mogħtija lill-Istati Membri fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament Nru 729/70, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, u fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola, garanzija li tillimita ratione temporis l-infiq li jista’ jkun kopert minn rifjut ta’ finanzjament mill-FAEGG.
Għalhekk, l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1663/95 għandu jinqara flimkien mal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament Nru 729/70 u mal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, li jipprovdu li l-Kummissjoni ma tistax teskludi l-infiq li jkun sar iktar minn 24 xahar qabel ma hija tinnotifika bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat ir-riżultati tal-kontrolli. Minn dan jirriżulta li l-komunikazzjoni bil-miktub prevista fl-ewwel subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 8(1) isservi bħala twissija tal-fatt li l-infiq magħmul matul il-perijodu ta’ 24 xahar li jippreċedi n-notifika ta’ din il-komunikazzjoni jista’ jiġi eskluż mill-finanzjament mill-FAEGG u, għaldaqstant, din il-komunikazzjoni tikkostitwixxi l-element ta’ referenza għall-kalkolu tat-terminu ta’ 24 xahar previst f’dan is-sens.
Għaldaqstant, sabiex taqdi l-funzjoni tagħha ta’ twissija, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament Nru 729/70 u tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, imsemmija iktar ’il fuq, il-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1663/95 għandha qabel kollox tidentifika b’mod suffiċjentement preċiż l-irregolaritajiet kollha kkonstatati fil-konfront tal-Istat Membru kkonċernat li fl-aħħar mill-aħħar ikunu l-bażi tal-korrezzjoni finanzjarja magħmula. Hija biss tali komunikazzjoni li tista’ tiggarantixxi għarfien perfett tar-riżervi tal-Kummissjoni b’tali mod li tkun tista’ taqdi l-funzjoni ta’ twissija mogħtija lilha mid-dispożizzjoni msemmija, u li tista’ tikkostitwixxi l-element ta’ referenza għall-kalkolu tat-terminu ta’ 24 xahar previst fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament Nru 729/70 u fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999.
(ara l-punti 26, 28-31, 33, 34)
Fil-kuntest tal-proċedura tal-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG, id-data determinanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk nefqa saritx fit-terminu ta’ 24 xahar previst fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament Nru 729/70, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, u fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, hija dik li fiha jkun iffissat l-ammont definittiv tal-għajnuna kumpensatorja u li fiha jitħallas il-bilanċ mill-Istat Membru kkonċernat.
F’dan id-dawl, mid-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2261/84, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa, u tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2366/98, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-snin tal-marketing 1998/99, 1999/2000 u 2000/01, jirriżulta li l-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa jirċievu ħlas bil-quddiem fuq l-għajnuna mitluba fil-bidu tas-sena agrikola. Madankollu, dawn il-produtturi ma humiex meħtieġa jikkostitwixxu garanzija li tkopri eventwali obbligu ta’ rimbors fil-każ li l-ammont finali tal-għajnuna jkun inqas minn dak tal-ħlas bil-quddiem. Madankollu, skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat ma jħallasx lill-produtturi l-bilanċ tal-għajnuna qabel ma jkun wettaq il-kontrolli kollha previsti f’dan ir-rigward u bla ħsara għar-riżultati ta’ dawn il-kontrolli. Għaldaqstant, l-ammont finali tal-għajnuna ma jkunx magħruf qabel jitħallas dan il-bilanċ.
Minn dan isegwi li, fil-kuntest tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, huwa dan il-ħlas li jiddetermina d-data li fiha tkun saret in-nefqa fis-sens tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament Nru 729/70 u tal-ħames subparagafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999. Fil-fatt, huwa f’din id-data li l-obbligu tal-Istat Membru kkonċernat u l-kreditu korrispondenti tal-produttur ikunu stabbiliti b’mod definittiv. F’dan id-dawl, il-fatt li l-ħlas bil-quddiem fuq l-ammont tal-għajnuna mitluba ma huwiex suġġett għat-twaqqif ta’ garanzija b’ebda mod ma jaffettwa n-natura provviżorja ta’ dan il-ħlas.
(ara l-punti 45-47)
Kawża C-24/11 P
Ir-Renju ta’ Spanja
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell — FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Infiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja — Għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa”
Sommarju tas-sentenza
Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Tfassil tad-deċiżjonijiet — Komunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tar-riżultati tal-kontrolli tagħha — Kontenut — Kundizzjonijiet — Nuqqas ta’ osservanza — Effett
(Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c), u Nru 1258/1999, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1))
Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Limitazzjoni tar-rifjut ta’ finanzjament — Terminu ta’ erbgħa u għoxrin xahar — Bidu tad-dekorrenza — Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tar-riżultati tal-kontrolli