This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0011
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
1. Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Applikabbiltà fil-każ ta’ dewmien twil
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, Artikoli 5(1)(ċ)(iii), 6 u 7)
2. Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien – Titjira b’konnessjonijiet li tkun sofriet dewmien fit-tluq iqsar mil-limiti stabbiliti mir-Regolament iżda li tkun waslet fid-destinazzjoni finali tagħha b’dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat mill-ħin tal-wasla skedat – Inklużjoni – Dritt għal kumpens suġġett għall-eżistenza ta’ dewmien fit-tluq tat-titjira – Esklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, Artikoli 6 u 7)
3. Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Għan
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 1)
4. Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Kumpens u assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens – Kundizzjoni – Ċirkustanzi straordinarji – Kunċett
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 15 u Artikolu 5(3))
1. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 32)
2. L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpens huwa dovut, fuq il-bażi tal-imsemmi artikolu, lill-passiġġier ta’ titjira b’konnessjoni li kellu dewmien fit-tluq iqsar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament, iżda li wasal fid-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat mill-ħin tal-wasla skedat, minħabba li l-imsemmi kumpens ma huwiex suġġett għall-eżistenza ta’ dewmien fit-tluq u, konsegwentement, għall-osservanza tal-kundizzjonijiet iddikjarati fl-imsemmi Artikolu 6.
Fil-fatt, fil-każ ta’ titjira b’konnessjonijiet, għall-finijiet tal-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, jgħodd biss id-dewmien ikkonstatat meta mqabbel mal-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali, mifhum bħala d-destinazzjoni tal-aħħar titjira li ttieħdet mill-passiġġier ikkonċernat. Is-soluzzjoni kuntrarja tkun tikkostitwixxi differenza fit-trattament mhux ġustifikata sa fejn din tkun tittratta b’mod differenti lill-passiġġieri ta’ titjiriet li jgħaddu minn dewmien mal-wasla fid-destinazzjoni finali tagħhom ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat meta mqabbel mal-ħin tat-tluq skedat, skont jekk id-dewmien tat-titjira tagħhom fil-konfront tal-ħin tat-tluq skedat ikunx qabeż, jew le, il-limiti ddikjarati fl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 261/2004, u dan minkejja li l-iskumdità tagħhom marbuta ma’ telf ta’ ħin irriversibbli hija identika.
(ara l-punti 35, 39, 47 u d-dispożittiv)
3. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 42, 46)
4. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 43)
Kawża C-11/11
Air France
vs
Heinz-Gerke Folkerts
u
Luz-Tereza Folkerts
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikoli 6 u 7 — Titjira b’konnessjoni(jiet) — Osservazzjoni ta’ dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali — Żmien ta’ dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat — Dritt tal-passiġġieri għal kumpens”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2013
Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Applikabbiltà fil-każ ta’ dewmien twil
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, Artikoli 5(1)(ċ)(iii), 6 u 7)
Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien – Titjira b’konnessjonijiet li tkun sofriet dewmien fit-tluq iqsar mil-limiti stabbiliti mir-Regolament iżda li tkun waslet fid-destinazzjoni finali tagħha b’dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat mill-ħin tal-wasla skedat – Inklużjoni – Dritt għal kumpens suġġett għall-eżistenza ta’ dewmien fit-tluq tat-titjira – Esklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, Artikoli 6 u 7)
Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Għan
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 1)
Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Kumpens u assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens – Kundizzjoni – Ċirkustanzi straordinarji – Kunċett
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 15 u Artikolu 5(3))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 32)
L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpens huwa dovut, fuq il-bażi tal-imsemmi artikolu, lill-passiġġier ta’ titjira b’konnessjoni li kellu dewmien fit-tluq iqsar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament, iżda li wasal fid-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat mill-ħin tal-wasla skedat, minħabba li l-imsemmi kumpens ma huwiex suġġett għall-eżistenza ta’ dewmien fit-tluq u, konsegwentement, għall-osservanza tal-kundizzjonijiet iddikjarati fl-imsemmi Artikolu 6.