Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TO0259

Sommarju tad-digriet

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interess dirett - Kriterji - Regolament li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja - Regolament li sempliċement jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura ta’ għoti ta’ assistenza finanzjarja lil Stat Membru - Marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti mill-Istat Membru sabiex jibbenefika mill-assistenza - Telf tal-valur tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent li jiddependi minn għadd ta’ fatturi oħra - Assenza ta’ interess dirett tar-rikorrent (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 407/2010) (ara l-punti 20-25)

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010, tal-11 ta’ Mejju 2010, li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, p. 1).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Thomas Ax għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3) Ir-Repubblika tal-Litwanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

Top