Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TJ0032

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża T-32/10

    Ella Valley Vineyards (Adulam) Ltd

    vs

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ELLA VALLEY VINEYARDS — Trade marks nazzjonali u Komunitarja preċedenti ELLE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà li ssir assoċjazzjoni — Rabta bejn is-sinjali — Reputazzjoni — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    Sommarju tas-sentenza

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża lil prodotti jew servizzi li ma jixxibhux

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

    Is-sinjal figurattiv ELLA VALLEY VINEYARDS, li huwa kkostitwit minn rettangolu ta’ kulur iswed li għandu bordura rqiqa ta’ kulur abjad, li jirreplika t-tikketta ta’ flixkun inbid, bil-kliem “ella” u “valley” miktuba b’ittri kapitali bojod fuq in-naħa ta’ ġewwa tar-rettangolu, li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark Komunitarja saret għal “Inbid” li jaqgħu fil-klassi 33 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, u t-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarja ELLE, irreġistrati preċedentement għal “Perjodiki” u “Kotba” li jaqgħu fil-klassi 16 fis-sens tal-imsemmi ftehim, ma jixxiebhux biżżejjed biex il-pubbliku tal-Unjoni jkun jista’ jassoċjahom. Għalhekk, fid-dawl tad-differenzi li jeżistu bejn is-sinjali inkwistjoni, u minkejja r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti, ma teżistix probabbiltà li dan il-pubbliku jista’ jistabbilixxi rabta bejn it-trade marks kunfliġġenti.

    Il-pubbliku rilevanti jipperċepixxi l-frażi “ella valley”, meħuda fl-intier tagħha, mingħajr ma jissepara l-elementi verbali li jikkostitwixxuha u, konsegwentement, jifhimha bħala li tirreferi għal isem ta’ post ġeografiku li jindika l-oriġini tal-inbid. Din il-frażi tikkostitwixxi l-element dominanti tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni. Minn dan isegwi li l-evalwazzjoni globali intiża sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ rabta bejn it-trade marks għandha, f’dak li jikkonċerna x-xebh viżiv, fonetiku jew kunċettwali tas-sinjali kunfliġġenti, titwettaq bejn it-trade marks preċedenti u t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, bl-element dominanti jkun ikkostitwit mill-frażi “ella valley”, mingħajr ma l-elementi l-oħra madankollu jkunu negliġibbli.

    Fuq il-livell viżiv, is-sinjali inkwistjoni għandhom biss livell ta’ xebh żgħir. Fil-fatt, minkejja li huwa minnu li l-ewwel tliet ittri tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni huma identiċi għal dawk tat-trade marks preċedenti, dan il-fatt ma huwiex biżżejjed biex jikkontrobilanċja l-għadd kbir ta’ differenzi li jeżistu bejn is-sinjali inkwistjoni. Għaldaqstant, filwaqt li t-trade marks huma komposti minn kelma waħda b’erba’ ittri, l-element dominanti tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni huwa kompost minn żewġ kelmiet fuq żewġ linji li flimkien jgħaqqdu għaxar ittri. Barra minn hekk, l-ewwel kelma tal-frażi “ella valley” ma hijiex identika għall-kelma “elle” tat-trade marks preċedenti u din tiddifferenzja ruħha permezz tal-aħħar ittra. L-element verbali “vineyards” u l-elementi figurattivi tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jżidu elementi li joħolqu differenzi fuq il-livell viżiv, anki jekk żgħar, bejn is-sinjali inkwistjoni.

    Fuq il-livell fonetiku, hemm ukoll differenzi bejn it-trade marks inkwistjoni li jegħlbu l-elementi ta’ xebh. Fil-fatt, id-differenza fit-tul bejn it-trade marks preċedenti — ikkostitwiti minn kelma waħda b’erba’ ittri — u t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni — ikkostitwita minn element verbali dominanti kompost minn żewġ kelmiet li flimkien jgħaqqdu għaxar ittri u minn kelma waħda b’disa’ ittri — toħloq ħoss u ritmu differenti li ma jistgħux jiġu kkontrobilanċjati bl-identiċità tal-ewwel tliet ittri tal-element verbali li jikkostitwixxi t-trade marks preċedenti u tal-ewwel kelma li tikkostitwixxi l-element dominanti tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.

    Fuq il-livell kunċettwali, is-sinjali inkwistjoni lanqas ma għandhom livell ta’ xebh suffiċjenti sabiex il-pubbliku rilevanti jkun jista’ joħloq rabta bejn it-trade marks inkwistjoni. Fil-fatt, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tista’ tevoka f’moħħ il-pubbliku rilevanti isem ta’ post ġeografiku marbut mal-oriġini tal-inbid ikkummerċjalizzat bl-istess trade mark, filwaqt li dan bl-ebda mod ma huwa l-każ fir-rigward tat-trade marks preċedenti.

    (ara l-punti 26, 42, 47, 49, 50, 52, 53, 55, 56)

    Top