Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0628

    Sommarju tas-sentenza

    Kawżi magħquda C-628/10 P u C-14/11 P

    Alliance One International Inc., li kienet Standard Commercial Corp.

    u

    Standard Commercial Tobacco Co. Inc.

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    u

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Alliance One International Inc. et

    “Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Iffissar ta’ prezzijiet u tqassim tas-suq — Ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir ta’ sussidjarji li jikkostitwixxi ksur lill-kumpanniji parent tagħhom — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Kompetizzjoni – Regoli Komunitarji – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tikkorrabora l-preżunzjoni b’punti ta’ fatt intiżi li jistabbilixxu l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti – Obbligu tal-Kummissjoni li tosserva l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

      (Artikolu 81(1) KE)

    2. Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

    3. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni li tikkonċerna diversi destinatarji – Deċiżjoni li timputa r-responsabbiltà għall-ksur lill-kumpannija parent – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tipproduċi, fil-mori tal-kawża, provi tar-responsabbiltà tal-kumpannija parent li ma jidhrux fid-deċiżjoni tagħha – Assenza

      (Artikoli 101 TFUE u 296 TFUE)

    4. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    5. Kompetizzjoni – Regoli Komunitarji – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Sussidjarja miżmuma konġuntament minn żewġ kumpanniji, li minnhom waħda hija wkoll il-kumpannija parent tal-oħra – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikolu 81(1) KE)

    6. Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

      (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

    1.  Fil-każ speċifiku fejn kumpannija parent tkun 100 % proprjetarja tal-kapital tas-sussidjarja tagħha li tkun wettqet ksur tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni, minn naħa, din il-kumpannija parent tista’ teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din is-sussidjarja u, min-naħa l-oħra, teżisti preżunzjoni konfutabbli li tgħid li l-imsemmija kumpannija parent effettivament teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa biżżejjed li l-Kummissjoni tipprova li l-kumpannija parent għandha l-kapital kollu tas-sussidjarja sabiex jiġi preżunt li din tal-ewwel teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq il-politika kummerċjali ta’ din is-sussidjarja. Il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni, sussegwentement, li tikkunsidra lill-kumpannija parent responsabbli in solidum għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha, sakemm l-imsemmija kumpannija parent, li għandha l-oneru li tikkonfuta din il-preżunzjoni, ma tipproduċix provi suffiċjenti li jistgħu juru li s-sussidjarja tagħha taġixxi b’mod awtonomu fis-suq.

      Madankollu, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta li tibbaża ruħha esklużivament fuq l-imsemmija preżunzjoni. Fil-fatt, xejn ma jipprekludi lil din l-istituzzjoni milli tistabbilixxi l-eżerċizzju effettiv, minn kumpannija parent, ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha permezz ta’ provi oħra jew billi tikkombina tali provi mal-imsemmija preżunzjoni.

      Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jitlob li, meta l-Kummissjoni tadotta metodu speċifiku sabiex tiddetermina jekk hemmx lok li l-kumpanniji parent li s-sussidjarji tagħhom ħadu sehem fl-istess akkordju jitqiesu li huma responsabbli, hija għandha, ħlief f’ċirkustanzi partikolari, tibbaża ruħha fuq l-istess kriterji fil-każ ta’ dawn il-kumpanniji parent kollha. Għaldaqstant, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li żżomm kumpanniji responsabbli biss meta l-provi jikkonfermaw il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarji (metodu msejjaħ tal-“bażi doppja”), b’hekk tirrinunzja li toqgħod biss fuq il-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti, il-Kummissjoni ma tistax iżżomm kumpannija parent responsabbli in solidum għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha biss fuq il-bażi tal-preżunzjoni inkwistjoni, u b’hekk tittrattaha b’mod diskriminatorju meta mqabbla ma’ kumpanniji parent oħra.

      (ara l-punti 46-50, 55-57)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 64)

    3.  Meta deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni tirrigwarda numru ta’ destinatarji u tirrigwarda l-imputabbiltà tal-ksur, hija għandha tagħti motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward ta’ kull wieħed mid-destinatarji tagħha, b’mod partikolari ta’ dawk fosthom li, skont din id-deċiżjoni, għandhom ibatu r-responsabbiltà għal dan il-ksur. Għalhekk, fir-rigward ta’ kumpannija parent miżmuma responsabbli għall-aġir tas-sussidjarja tagħha li jikkostitwixxi ksur, tali deċiżjoni għandha, bħala regola ġenerali, ikun fiha sunt iddettaljat tal-motivi tali li jiġġustifikaw l-imputabbiltà tal-ksur lil din il-kumpannija.

      F’dan ir-rigward, id-drittijiet tad-difiża tal-Kummissjoni ma jkoprux il-possibbiltà, għal din tal-aħħar, li tiddefendi l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata kontra allegazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni billi tipproduċi, fil-mori tal-kawża, provi li jkunu intiżi li jistabbilixxu r-responsabbiltà ta’ kumpannija parent, iżda li ma jidhrux f’din id-deċiżjoni.

      (ara l-punti 75, 79)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 84, 85)

    5.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-eżerċizzju ta’ kontroll konġunt, minn żewġ kumpanniji parent indipendenti waħda mill-oħra, fuq is-sussidjarja tagħhom ma jipprekludix, bħala regola ġenerali, il-konstatazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-eżistenza ta’ unità ekonomika bejn waħda minn dawn il-kumpanniji u s-sussidjarja inkwistjoni u li dan jgħodd anki jekk din il-kumpannija parent jkollha parti mill-kapital li hija inqas minn dik tal-kumpannija parent l-oħra. Minħabba f’hekk, jagħmel iktar u iktar sens li kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha, li hija nfisha l-kumpannija parent ta’ dik li wettqet ksur, jistgħu t-tnejn li huma jitqiesu li jikkostitwixxu unità ekonomika ma’ din il-kumpannija msemmija l-aħħar.

      Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tindirizza deċiżjoni li timponi multi fuq il-kumpannija parent ta’ sussidjarja li tkun ħadet sehem fi ksur tal-Artikolu 81 KE mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġi stabbilit l-involviment personali ta’ din il-kumpannija parent, sakemm din tal-aħħar teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq il-politika kummerċjali ta’ din is-sussidjarja. Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha kienu jeżerċitaw, matul ċertu perijodu, kontroll konġunt biss fuq is-sussidjarja li tkun wettqet il-ksur ma jipprekludix il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ unità ekonomika bejn dawn il-kumpanniji, bil-kundizzjoni li jiġi stabbilit l-eżerċizzju effettiv, minn dawn il-kumpanniji parent, ta’ influwenza determinanti fuq il-politika kummerċjali tas-sussidjarja li tkun wettqet il-ksur.

      (ara l-punti 101-103)

    6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 111)

    Top

    Kawżi magħquda C-628/10 P u C-14/11 P

    Alliance One International Inc., li kienet Standard Commercial Corp.

    u

    Standard Commercial Tobacco Co. Inc.

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    u

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Alliance One International Inc. et

    “Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Iffissar ta’ prezzijiet u tqassim tas-suq — Ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir ta’ sussidjarji li jikkostitwixxi ksur lill-kumpanniji parent tagħhom — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Kompetizzjoni — Regoli Komunitarji — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tikkorrabora l-preżunzjoni b’punti ta’ fatt intiżi li jistabbilixxu l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti — Obbligu tal-Kummissjoni li tosserva l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

      (Artikolu 81(1) KE)

    2. Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

    3. Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni — Deċiżjoni li tikkonċerna diversi destinatarji — Deċiżjoni li timputa r-responsabbiltà għall-ksur lill-kumpannija parent — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tipproduċi, fil-mori tal-kawża, provi tar-responsabbiltà tal-kumpannija parent li ma jidhrux fid-deċiżjoni tagħha — Assenza

      (Artikoli 101 TFUE u 296 TFUE)

    4. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    5. Kompetizzjoni — Regoli Komunitarji — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Sussidjarja miżmuma konġuntament minn żewġ kumpanniji, li minnhom waħda hija wkoll il-kumpannija parent tal-oħra — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikolu 81(1) KE)

    6. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà