EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0621

Sommarju tas-sentenza

Kawżi magħquda C-621/10 u C-129/11

Balkan and Sea Properties ADSITS u Provadinvest OOD

vs

Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna)

“VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 73 u 80(1) — Bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli bejn kumpanniji konnessi — Valur tat-tranżazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li, għat-tranżazzjonijiet bejn persuni konnessi, tipprovdi li l-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT huwa kkostitwit mill-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni”

Sommarju tas-sentenza

  1. Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Valur taxxabbli – Kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi – Tranżazzjoni bejn persuni konnessi

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 80(1))

  2. Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Valur taxxabbli – Kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi – Tranżazzjoni bejn persuni konnessi

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 80(1))

  1.  L-Artikolu 80(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni li huwa jsemmi huma eżawrjenti u li, għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax tipprevedi, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, li l-valur taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ ta’ tranżazzjoni bejn persuni konnessi f’każijiet li huma differenti minn dawk elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni, b’mod partikolari meta l-persuna taxxabbli jkollha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud b’mod sħiħ, kundizzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali.

    Skont ir-regola ġenerali msemmija fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112, il-valur taxxabbli fir-rigward tal-kunsinna ta’ oġġett jew tal-provvista ta’ servizz, magħmula bi ħlas, huwa kkostitwit mill-korrispettiv li fir-realtà tirċievi l-persuna taxxabbli f’dan ir-rigward. Dan il-korrispettiv jikkostitwixxi l-valur suġġettiv, jiġifieri dak li fir-realtà tirċievi l-persuna taxxabbli, u mhux valur stmat skont kriterji oġġettivi. Billi f’ċerti każijiet jippermetti li jitqies li l-valur taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni, l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2006/112 jistabbilixxi eċċezzjoni għar-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 73 tagħha li, bħala tali, għandha tiġi interpretata b’mod strett.

    (ara l-punti 43, 45, 52 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jagħti lill-kumpanniji kkonċernati minn tranżazzjoni bejn persuni konnessi d-dritt li jinvokawh direttament sabiex jopponu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li huma inkompatibbli ma’ dan l-artikolu. Jekk ma tkunx tista’ tagħti interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi mal-Artikolu 80(1) tal-imsemmija direttiva, il-qorti tar-rinviju ma għandha tapplika l-ebda dispożizzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni li tmur kontrih.

    (ara l-punt 62 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawżi magħquda C-621/10 u C-129/11

Balkan and Sea Properties ADSITS u Provadinvest OOD

vs

Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna)

“VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 73 u 80(1) — Bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli bejn kumpanniji konnessi — Valur tat-tranżazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li, għat-tranżazzjonijiet bejn persuni konnessi, tipprovdi li l-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT huwa kkostitwit mill-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni”

Sommarju tas-sentenza

  1. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Valur taxxabbli — Kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi — Tranżazzjoni bejn persuni konnessi

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 80(1))

  2. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Valur taxxabbli — Kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi — Tranżazzjoni bejn persuni konnessi