Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0608

    Sommarju tas-sentenza

    Kawżi magħquda C-608/10, C-10/11, C-23/11

    Südzucker AG et

    vs

    Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg)

    “Agrikoltura — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Indikazzjoni żbaljata tal-esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għal ħlas lura fuq l-esportazzjoni għall-inklużjoni tal-applikant bħala esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni — Rettifika tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni wara r-rilaxx tal-merkanzija”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dritt għal ħlas lura tad-detentur tal-liċenzja ta’ esportazzjoni – Eżistenza suġġetta għall-inklużjoni tal-imsemmi detentur bħala esportatur fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni ddepożitata għand l-uffiċċju doganali kompetenti

      (Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/1999, kif emendat bir-Regolament Nru 90/2001, Artikolu 5(7))

    2. Unjoni doganali – Dikjarazzjonijiet doganali – Stħarriġ a posteriori – Reviżjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni – Tibdil tal-isem tal-esportatur li jinsab fil-kaxxa prevista f’dan ir-rigward – Ammissibbiltà – Obbligi tal-awtoritajiet doganali

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 78(1) u (3))

    3. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dritt għal ħlas lura tad-detentur tal-liċenzja ta’ esportazzjoni – Detentur mhux inkluż bħala esportatur fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni – Impossibbiltà għall-awtoritajiet doganali li jagħtu l-ħlas lura fuq l-esportazzjoni fl-assenza ta’ rettifika minn qabel tal-imsemmija dikjarazzjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92; Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/1999, kif emendat bir-Regolament Nru 90/2001, Artikolu 5(7))

    4. Unjoni doganali – Dikjarazzjonijiet doganali – Stħarriġ a posteriori – Rettifika mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni tar-riferiment li jinsab fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew tal-formola ta’ verifika T 5 – Natura vinkolanti għall-uffiċċju doganali kompetenti li jwetttaq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet – Verifika min-naħa tal-qorti tar-rinviju

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, punt 5 tal-Artikolu 4)

    5. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Possibbiltà għall-uffiċċju doganali kompetenti li jwettaq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni li jiċħad it-talba għal ħlas lura fuq l-esportazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ identiċità bejn il-persuna li tagħmel it-talba u l-esportatur tal-prodotti msemmija fit-talba – Dritt nazzjonali li ma jipprovdix għan-natura vinkolanti tar-rettifika magħmula mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni – Esklużjoni – Deċiżjoni tal-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni li tilqa’ t-talba ta’ rettifika u li tirrettifika validament isem l-esportatur – Natura vinkolanti għall-uffiċċju doganali kompetenti li jwettaq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92; Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/1999, kif emendat bir-Regolament Nru 90/20011, Artikolu 5(7))

    1.  L-Artikolu 5(7) tar-Regolament Nru 800/1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet [ħlasijiet lura] fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 90/2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala prinċipju, id-detentur ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni għandu dritt għal ħlas lura fuq l-esportazzjoni biss meta jitniżżel bħala esportatur fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni ddepożitata f’uffiċċju doganali kompetenti.

      (ara l-punt 44 u d-dispożittiv 1)

    2.  L-Artikolu 78(1) u (3) tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li wieħed jipproċedi a posteriori għal reviżjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għal finijiet ta’ ħlas lura, sabiex jinbidel l-isem tal-esportatur li jinsab fil-kaxxa prevista f’dan ir-rigward, u li l-awtoritajiet doganali għandhom:

      l-ewwel nett, jeżaminaw jekk reviżjoni ta’ din id-dikjarazzjoni għandhiex tiġi kkunsidrata possibbli peress li, b’mod partikolari, l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ma ġewx mhedda u l-merkanzija inkwistjoni effettivament ġiet esportata, liema fatt għandu jiġi stabbilit mill-applikant, kif ukoll,

      it-tieni nett u jekk ikun il-każ, li jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni billi jittieħdu inkunsiderazzjoni elementi ġodda għad-dispożizzjoni tagħhom.

      (ara l-punt 52 u d-dispożittiv 2)

    3.  L-Artikolu 5(7) tar-Regolament Nru 800/1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet [ħlasijiet lura] fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 90/2001, kif ukoll il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn id-detentur ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni ma ġiex indikat bħala esportatur fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jagħtu lil dan id-detentur il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni mingħajr rettifika minn qabel tal-imsemmi dikjarazzjoni.

      (ara l-punt 56 u d-dispożittiv 3)

    4.  Il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-uffiċċju doganali kompetenti li jwettaq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni huwa marbut b’rettifika magħmula a posteriori, mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni, tal-indikazzjoni li tinsab fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew, jekk ikun il-każ, fil-formola ta’ kontroll T 5 jekk id-deċiżjoni ta’ rettifika tissodisfa l-kundizzjonijiet formali u materjali kollha ta’ deċiżjoni previsti kemm mill-punt 5 tal-Artikolu 4, tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif ukoll mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali kkonċernat. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn iċ-ċirkustanzi humiex sodisfatti.

      (ara l-punt 67 u d-dispożittiv 4)

    5.  L-Artikolu 5(7) tar-Regolament Nru 800/1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet [ħlasijiet lura] fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament Nru 90/2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-uffiċċju doganali kompetenti li jwettaq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni ma għandux dritt, fl-ipoteżi fejn ma huwiex marbut, skont id-dritt nazzjonali, bir-rettifika magħmula mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni, li jieħu fuq il-kelma r-riferiment li jinsab fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni u li jirrifjuta talba għal ħlas lura fuq l-esportazzjoni minħabba l-fatt li l-awtur ta’ din it-talba ma huwiex l-esportatur tal-prodotti msemmija mill-imsemmija talba. Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn l-uffiċċju doganali kompetenti jilqa’ t-talba għal rettifika u jirrettifika validament l-isem tal-esportatur, l-uffiċċju doganali kompetenti li jwettaq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni huwa vvinkolat b’din id-deċiżjoni.

      (ara l-punt 76 u d-dispożittiv 5)

    Top

    Kawżi magħquda C-608/10, C-10/11, C-23/11

    Südzucker AG et

    vs

    Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg)

    “Agrikoltura — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Indikazzjoni żbaljata tal-esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għal ħlas lura fuq l-esportazzjoni għall-inklużjoni tal-applikant bħala esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni — Rettifika tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni wara r-rilaxx tal-merkanzija”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dritt għal ħlas lura tad-detentur tal-liċenzja ta’ esportazzjoni — Eżistenza suġġetta għall-inklużjoni tal-imsemmi detentur bħala esportatur fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni ddepożitata għand l-uffiċċju doganali kompetenti

      (Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/1999, kif emendat bir-Regolament Nru 90/2001, Artikolu 5(7))

    2. Unjoni doganali — Dikjarazzjonijiet doganali — Stħarriġ a posteriori — Reviżjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni — Tibdil tal-isem tal-esportatur li jinsab fil-kaxxa prevista f’dan ir-rigward — Ammissibbiltà — Obbligi tal-awtoritajiet doganali

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 78(1) u (3))

    3. Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dritt għal ħlas lura tad-detentur tal-liċenzja ta’ esportazzjoni — Detentur mhux inkluż bħala esportatur fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni — Impossibbiltà għall-awtoritajiet doganali li jagħtu l-ħlas lura fuq l-esportazzjoni fl-assenza ta’ rettifika minn qabel tal-imsemmija dikjarazzjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92; Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/1999, kif emendat bir-Regolament Nru 90/2001, Artikolu 5(7))

    4. Unjoni doganali — Dikjarazzjonijiet doganali — Stħarriġ a posteriori — Rettifika mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni tar-riferiment li jinsab fil-Kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew tal-formola ta’ verifika T 5 — Natura vinkolanti għall-uffiċċju doganali kompetenti li jwetttaq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet — Verifika min-naħa tal-qorti tar-rinviju

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, punt 5 tal-Artikolu 4)

    5. Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Possibbiltà għall-uffiċċju doganali kompetenti li jwettaq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni li jiċħad it-talba għal ħlas lura fuq l-esportazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ identiċità bejn il-persuna li tagħmel it-talba u l-esportatur tal-prodotti msemmija fit-talba — Dritt nazzjonali li ma jipprovdix għan-natura vinkolanti tar-rettifika magħmula mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni — Esklużjoni — Deċiżjoni tal-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni li tilqa’ t-talba ta’ rettifika u li tirrettifika validament isem l-esportatur — Natura vinkolanti għall-uffiċċju doganali kompetenti li jwettaq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni