This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0599
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-599/10
SAG ELV Slovensko a.s. et
vs
Úrad pre verejné obstarávanie
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky)
“Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti — Sejħa għal offerti ristretta — Evalwazzjoni tal-offerta — Talbiet tal-awtorità kontraenti sabiex tiġi ċċarata l-offerta — Kundizzjonijiet”
Sommarju tas-sentenza
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, għal provvisti u għal xogħlijiet — Direttiva 2004/18 — Sejħa għal offerti ristretta — Offerta anormalment baxxa — Obbligu ta’ awtorità kontraenti li titlob li tiġi ċċarata l-proposta ta’ prezz, sabiex tippermetti lill-kandidati jispjegaw il-kompożizzjoni tal-offerta tagħhom — Verifika mill-qorti nazzjonali
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikoli 2 u 55)
L-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/18, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jkun hemm dispożizzjoni li tipprovdi essenzjalment li, jekk l-applikant jipproponi prezz anormalment baxx, l-awtorità kontraenti titlob mingħandu bil-miktub li jiċċara l-proposta ta’ prezz tiegħu. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistħarreġ, fid-dawl tal-provi kollha fil-proċess li ġew ippreżentati lilha, jekk it-talba għal kjarifika ppermettietx lill-applikant ikkonċernat sabiex jispjega b’mod suffiċjenti l-kompożizzjoni tal-offerta tiegħu.
L-istess dispożizzjoni tipprekudi l-pożizzjoni ta’ awtorità kontraenti li tikkunsidra li ma għandhiex l-obbligu li titlob lill-applikant sabiex jispjega prezz anormalment baxx.
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, li biha, essenzjalment, l-awtorità kontraenti tista’ titlob bil-miktub lill-applikanti sabiex jiċċaraw l-offerti tagħhom mingħajr madankollu ma titlob jew taċċetta ebda emenda tal-offerta. Fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li għandha b’hekk l-awtorità kontraenti, hija din tal-aħħar li għandha titratta l-applikanti differenti b’mod ugwali u leali, hekk li t-talba għal kjarifika ma tistax tidher, fi tmiem il-proċedura tal-għażla tal-offerti jew fid-dawl tar-riżultat ta’ din l-għażla, bħala li indebitament ivvantaġġjat jew żvantaġġjat lill-applikant jew lill-applikanti li kien jew li kienu s-suġġett ta’ din it-talba.
(ara l-punt 45 u d-dispożittiv)
Kawża C-599/10
SAG ELV Slovensko a.s. et
vs
Úrad pre verejné obstarávanie
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky)
“Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti — Sejħa għal offerti ristretta — Evalwazzjoni tal-offerta — Talbiet tal-awtorità kontraenti sabiex tiġi ċċarata l-offerta — Kundizzjonijiet”
Sommarju tas-sentenza
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, għal provvisti u għal xogħlijiet – Direttiva 2004/18 – Sejħa għal offerti ristretta – Offerta anormalment baxxa – Obbligu ta’ awtorità kontraenti li titlob li tiġi ċċarata l-proposta ta’ prezz, sabiex tippermetti lill-kandidati jispjegaw il-kompożizzjoni tal-offerta tagħhom – Verifika mill-qorti nazzjonali