This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0587
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-587/10
Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR)
vs
Finanzamt Plauen
(talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof)
“Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Kunsinna ta’ oġġetti — Taxxa ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet — Rifjut tal-eżenzjoni għal nuqqas ta’ numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT tal-akkwirent”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn Stati Membri – Kunsinna intra-Komunitarja – Kunċett
(Direttiva tal-Kunsill 77/388, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/80, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28cA(a))
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn Stati Membri – Eżenzjoni tal-kunsinni ta’ oġġetti mibgħuta jew ittrasportati ġewwa l-Komunità – Kunsinni suċċessivi li jirrigwardaw l-istess oġġetti u li jagħtu lok għal dispaċċ wieħed jew trasport wieħed intra-Komunitarji ta’ oġġetti – Imputazzjoni ta’ dan id-dispaċċ jew dan it-trasport għal waħda miż-żewġ kunsinni suċċessivi – Kriterji – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali
(Direttiva tal-Kunsill 77/388, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/80, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28cA(a))
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn Stati Membri – Eżenzjoni tal-kunsinni ta’ oġġetti mibgħuta jew ittrasportati ġewwa l-Komunità – Rekwiżit li l-fornitur jibgħat in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-akkwirent – Ammissibbiltà – Kundizzjoni
(Direttiva tal-Kunsill 77/388, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 98/80, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28cA(a))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 29, 30)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 31-37)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28c(A)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, kif emendata mid-Direttiva 98/80, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tissuġġetta l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ kunsinna intra-Komunitarju għall-fatt li l-fornitur jibgħat in-numru ta’ reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, b’riżerva, madankollu, li r-rifjut ta’ għoti tal-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni ma tkunx opposta għar-raġuni biss li dan l-obbligu ma ġiex osservat, meta l-fornitur ma jistax, bi bona fide, u wara li ħa l-miżuri kollha li jistgħu jkunu raġonevolment rikjesti minnu, jibgħat dan in-numru ta’ reġistrazzjoni u, barra minn hekk, jibgħat indikazzjonijiet li juru b’mod adegwat li x-xerrej huwa persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali fit-tranżazzjoni inkwistjoni.
Barra l-kundizzjonijiet relatati mal-kwalità ta’ persuni taxxabbli, għat-trasferiment tas-setgħa ta’ min jiddisponi mill-merkanzija bħala sid u għaċ-ċaqliq fiżiku tal-merkanzija minn Stat Membru għal ieħor, ebda kundizzjoni oħra ma għandha b’hekk tintalab sabiex tranżazzjoni tiġi kklassifikata bħala kunsinna jew akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti. B’hekk, sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28c(A)(a) tas-Sitt Direttiva, ma jistax jiġi impost fuq il-fornitur li jagħti provi relatati mat-taxxa tal-akkwist intra-Komunitarju tal-oġġetti inkwistjoni.
(ara l-punti 55, 58 u d-dispożittiv)
Kawża C-587/10
Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR)
vs
Finanzamt Plauen
(talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof)
“Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Kunsinna ta’ oġġetti — Taxxa ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet — Rifjut tal-eżenzjoni għal nuqqas ta’ numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT tal-akkwirent”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn Stati Membri — Kunsinna intra-Komunitarja — Kunċett
(Direttiva tal-Kunsill 77/388, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/80, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28cA(a))
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn Stati Membri — Eżenzjoni tal-kunsinni ta’ oġġetti mibgħuta jew ittrasportati ġewwa l-Komunità — Kunsinni suċċessivi li jirrigwardaw l-istess oġġetti u li jagħtu lok għal dispaċċ wieħed jew trasport wieħed intra-Komunitarji ta’ oġġetti — Imputazzjoni ta’ dan id-dispaċċ jew dan it-trasport għal waħda miż-żewġ kunsinni suċċessivi — Kriterji — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali
(Direttiva tal-Kunsill 77/388, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/80, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28cA(a))
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn Stati Membri — Eżenzjoni tal-kunsinni ta’ oġġetti mibgħuta jew ittrasportati ġewwa l-Komunità — Rekwiżit li l-fornitur jibgħat in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-akkwirent — Ammissibbiltà — Kundizzjoni